Kejk tal-ġelat

  • Apr 27, 2016 00:11
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    2 litri ġelat tal-frawli

    100g pistaċċi

    mgħarfa ilma tal-ward

    100g frawli mqattgħa biċċiet

    100g ċikkulata skura mdewba

    200g frawli mqattgħa slices puliti għall-wiċċ

    200g lewż imqatta' biex iżżejjen il-ġnub

    Għall-mili: 8 frawliet imħaffrin u mimlijin bit-tahini taċ-ċikkulata jew spread taċ-ċikkulata

    Metodu:

    Oħroġ il-ġelat mill-friża u ħallih jirtab ftit.  Poġġih ġo skutella kbira u uża mgħarfa kbira tal-metall biex tħawdu u ġġibu artab u lixx.  Żid il-frawli mqattgħa u l-pistaċċi u ħawwad.

    Iksi landa tal-kejkijiet 'springform' bil-cling film. Poġġi l-ġelat go fiha u ċċattja l-wiċċ.  

    Poġġi l-frawli li ħaffirt u mlejt biċ-ċikkulata weqfin ġol-ġelat u agħfas ftit b' subgħajk ħalli ddaħħalhom ġol-ġlat. Ara li l-wiċċ ikun miksi bil-ġelat biex il-frawli mimli ma jidhirx mill-wiċċ.

    Iffriża sakemm jagħqad. Oħroġ mill-friża u iksi l-wiċċ biċ-ċikkulata skura mdewba. Żejjen il-wicc bis-slices tal-frawli. Erġa' poġġi fil-friża.

    Siegħa qabel ma sservih, oħroġ il-ġelat u neħħih mil-landa tal-kejkijiet. Neħħi l-cling film. Iksi l-ġnub tal-kejk bil-lewż imqatta'. Poġġih fil-friża sakemm isservih.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0