Ebda deċiżjoni dwar intervent militari fil-Libja

  • Apr 26, 2016 10:44
  • Miktub minn Jake Azzopardi

    Laqgħa qasira bejn mexxejja Ewropej u l-President Amerikan ma wasslet għall-ebda deċiżjoni dwar intervent militari fil-Libja. 

    Fil-laqgħa f'Hanover, il-Ġermanja, bejn il-Kanċelliera Ġermaniża Angela Merkel, il-President Franċiż Francois Hollande, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron u Barrack Obama, qablu li lkoll lesti jappoġġjaw b'kull mod lill-Gvern ta' Għaqda Nazzjonali mmexxi minn Faiez Sarraj li iżda għadu ma jistax jibda bix-xogħol tiegħu minħabba li l-Kamra tar-Rappreżentanti f'Tobruk naqset milli tagħti l-kunsens. 

    Minkejja li wara l-laqgħa Merkel qalet li l-mexxejja ħarġu bi proposti konkreti dwar is-sitwazzjoni jidher li d-deċiżjoni finali dwar l-involviment militari fil-Libja tħalliet għas-7 ta' Lulju fis-summit tan-NATO f'Varsavja, il-Polonja. L-aktar minħabba li, kif jixhdu xi rapporti, Obama wera li l-involviment tal-Istati Uniti jista' jsir biss permezz tan-NATO. 

    Fil-laqgħa lanqas ma ġie diskuss il-pjan ta' taħriġ speċjalizzat lill-forzi Libjani kif kien jidher li huwa deċiż li se jsir sa ftit tal-ġimgħat ilu, anke minn dak li kien qal l-Ambaxxatur tar-Renju Unit għal-LIbja, Peter Millett f'intervista mat-TORĊA. 

    Intant f'laqgħa oħra li saret fil-kapitali tat-Tuneżija l-ministri tal-intern tal-pajjiżi tal-Magreb ntlaħaq qablu l-priorità għalihom għandha tkun il-koordinazzjoni tas-sigurtà. 

    Qablu wkoll fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni biex ikun miġġieled l-estremiżmu reliġjuż fir-reġjun, il-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' persuni u armi. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0