Spagetti bil-pulpetti taċ-ċanga

  • Apr 26, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    500g spagetti

    Għall-pulpetti:

    500g kapuljat taċ-ċanga

    kuċċarina rignu niexef

    mgħarfa tursin frisk, imqatta' fin 

    kikkra u nofs ħafur mitħun b'hand blender

    kuċċarina paprika ħelwa jew iffumigata

    melħ u bżar

    bajda mħabbta

    Għaz-zalza: 

    kilo tadam imqatta' jew żewġ bottiet polpa tat-tadam

    basla mqattgħa

    dada tal-istokk

    sinna tewm kbira, imqattgħa

    kuċċarina żejt taż-żebbuġa

    kuċċarina ħwawar niexfa mħallta 

    mgħarfa ħabaq frisk imqatta'

    250ml inbid aħmar

    melħ u bżar

    tursin biex iżżejjen

    werqa randa

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 200°C. Għaqqad l-ingredjenti kollha tal-pulpetti flimkien imma uża biss nofs kikkra ħafur. Ħalli t-taħlita fil-friġġ għal siegħa. Ifforma pulpetti żgħar.  Ferrex il-bqija tal-ħafur fuq wiċċ ta' mejda nadifa u rembel il-pulpetti fuqu. Poġġi l-pulpetti fuq dixx tal-ħami miksi bil-kartaforn. Aħmi għal nofs siegħa.

    Għaz-zalza, saħħan iż-żejt fuq nar moderat u żid l-ingredjenti kollha flimkien mingħajr l-inbid. Sajjar għal ftit minuti, imbagħad żid l-inbid, u sajjar għal nofs siegħa fuq sħana baxxa sakemm il-basla tirtab. Tħallix iz-zalza tinxef u żid ftit ilma jekk ikun hemm bżonn. Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jibred. Itħan iz-zalza billi tuża hand blender. Erġa' saħħanha.  Żid il-pulpetti.

    Sajjar l-ispagetti skont id-direzzjoni fuq il-pakkett.  Saffi l-ilma. Ħallat l-ispagetti maz-zalza u ħallih joqgħod għal ftit minuti qabel ma sservih. Żejjen b'tursin u ħabaq frisk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0