Jibda jinstema' l-każ dwar il-billboards: L-avviż legali intiż biex jirregola

  • Apr 25, 2016 18:36
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), Johann Buttigieg, qal li avviż ta' infurzar dwar il-billboards kellu l-għan li jirregola s-sitwazzjoni. Qal li l-Awtorità bl-ebda mod ma kellha l-ħsieb li xxekkel il-vuċi ta' xi partit politiku partikolari. 

    Buttigieg qal dan meta quddiem l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima beda jinstema' l-każ li l-Partit Nazzjonalista fetaħ kontra l-MEPA, dwar l-avviż legali li nħareġ aktar kmieni dan ix-xahar. Il-Partit Nazzjonalista kien ippreżenta mandat ta' inbizzjoni, li ntlaqa' proviżorjament mill-Qorti, biex il-Gvern ma jneħħix il-billboards politiċi tiegħu mit-toroq. 

    Meta l-Oppożizzjoni għamlet dan, is-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar kien ħareġ stqarrija fejn ċaħad dan kollu u saħaq li l-avviż legali li qed issir referenza għalih huwa mmirat sempliċiment biex jirregolarizza s-sitwazzjoni preżenti tal-billboards, fejn se jitneħħew dawk li mhumiex konformi mal-liġi.

    Intant Buttigieg spjega fil-Qorti li l-azzjoni f'dan ir-rigward se tittieħed mill-MEPA u mill-Awtorità tat-Traposrt. Qal li l-billboards li huma legali se jibqgħu hemm, iżda jekk huma illegali se jinħareġ avviż ta' infurzar fil-konfront tagħhom. Buttigieg ċaħad kategorikament li saret xi diskussjoni f'dan ir-rigward bejn il-Partit Laburista u l-MEPA. 

    Xhud ieħor waqt is-seduta tal-lum kienet is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Rosette Thake, li qalet li l-Partit Nazzjonalista nefaq €40,000 fuq dawn il-billboards. Qalet li dan l-avviż legali se jiswiha €30,000 aktar fis-sena, apparti l-€40,000. Saħqet li fil-fehma tagħha, dan huwa attentat tal-Gvern biex jagħlaq ħalq il-Partit Nazzjonalista. 

    Kompliet tgħid li l-billboards tal-Partit Nazzjonalista kellhom messaġġ politiku, apparti oħrajn li kienu jirriklamaw il-protesti organizzati minnu.

    Il-Partit Nazzjonalista kien neħħa l-billboards wara l-aħħar elezzjoni ġenerali u kien dan l-aħħar, meta faqqa' l-każ tal-Panama Papers, li reġa' għamel il-billboards fit-toroq, qalet Thake. Sostniet li għall-kuntrarju ta' dan, il-Partit Laburista żamm il-billboards li kellu waqt il-kampanja elettorali. 

    Filwaqt li saħqet li dawn il-billboards huma proprjetà tal-Partit Nazzjonalista, Thake qalet li l-intenzjoni tal-Partit hija li jwassal il-messaġġ tiegħu. 

    Waqt it-trattazzjoni, l-Avukat Dr Jason Azzopardi qal li b'dan l-avviż legali, il-Gvern impona taxxa ta' €30,000 fuq l-Oppożizzjoni, li b'kumbinazzjoni daħlet fis-seħħ waqt l-iskandlu tal-Panama Papers. 

    Min-naħa tiegħu l-Avukat Dr Karol Aquilina, li wkoll qed jidher għall-Partit Nazzjonalista, qal li dan l-avviż legali bl-ebda mod ma għandu jneħħi l-avviżi legali qodma. Qal li dan l-avviż legali għamilha impossibbli li partit ikollu l-billboards.

    Min-naħa tiegħu, l-Avukat li qed jidher għall-MEPA saħaq li dan l-avviż legali beda jiġi diskuss fl-2014, u għalhekk ma kellu l-ebda konċidenzi. Saħaq li kulħadd huwa konxju tas-sitwazzjoni tal-billboards f'Malta u għalhekk ċertu tip ta' regolamenti riedu jidħlu fis-seħħ. Tenna li regolamenti ġodda fuq il-billboards bl-ebda mod ma jxekklu l-libertà tal-esperjessjoni tal-Oppożizzjoni. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook