Taljan iweġġa' f'ħabta bejn ħames vetturi

  • Apr 25, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta' nazzjonalità Taljana ttieħed l-isptar Mater Dei dallejl wara li weġġa f'ħabta mhux tas-soltu f'San Ġiljan.

    L-inċident seħħ ftit qabel nofsillejl fi Triq Mikiel Anton Vassalli u fih kienu involuti xejn inqas minn ħames vetturi, b'waħda minnhom tkun vettura tar-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija.

    Jidher li l-inċident seħħ hekk kif karozza tat-tip Toyota Vitz griża, li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni minn San Ġiljan lejn il-mini ta' Paceville, intlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Tercel ta' lewn aħmar. Mal-impatt, is-sewwieq tat-Toyota Vitz tilef il-kontroll, bil-konsegwenza li tela' fuq ic-central strip u spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq.

    Nifhmu li wara l-ħabta bejn dawn ż-żewġ vetturi, karozza tat-tip Renault Clio ta' kulur griż, misjuqa minn Taljan fl-istess direzzjoni, baqgħet dieħla b'impatt qawwi fit-Toyota Tercel. Mad-daqqa, il-vettura daret u laqtet vettura oħra tat-tip Toyota Ist ta' lewn abjad li kienet qed tinstaq fl-istess direzzjoni.

    B'konsegwenza ta' dan, vettura tar-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija baqgħet dieħla b'impatt qawwi fiż-żewġ vetturi li kien hemm maħbutin quddiemha. L-impatt tant kien qawwi li faqa' t-tyre tar-Renault u nħarġu wkoll iż-żewġ airbags tal-vettura tal-RIU.

    Persuni li kienu qed isuqu fl-istess direzzjoni taw l-ewwel ghajnuna lis-sewwieqa involuti, li kollha kienu taħt xokk qawwi.

    Fuq il-post waslu għadd ta' vetturi tal-RIU biex jikkontrollaw it-traffiku u jassistu wkoll lis-sewwieqa. Waslu wkoll Pulizija pajżana li bdew jippruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni.

    Fi ftit ħin marru wkoll il-Pulizija mill-Ghassa ta' San Giljan biex jagħmlu l-investigazzjoni. Issejħet ambulanza biex tieħu lis-sewwieq Taljan l-isptar. Peress li l-vetturi maħbuta mblokkaw it-triq, l-ambulanza, skortata minn vettura tal-RIU, kellha tinstaq min-naħa l-oħra tat-triq jiġifieri wrong way.

    Fuq il-post waslet ukoll vettura tal-Protezzjoni Ċivili. It-triq kellha tingħalaq għal ħin sostanzjali u l-vetturi li kienu ħerġin minn San Ġiljan ġew iddevjati minn toroq alternattivi.

    Ritratt u filmat: Charlo Lautier

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0