'Malta bdiet twettaq il-parti tagħha permezz tal-politika tal-enerġija' - PM

  • Apr 23, 2016 00:18
  • Miktub minn iNews
"

    Malta diġà bdiet twettaq il-parti tagħha fl-isfida tat-tibdil fil-klima permezz ta’ titjib fil-kwalità tal-arja f’Malta bl-għeluq tal-power station tal-Marsa u l-qlib tal-power station ta’ Delimara minn żejt għall-gass. Din il-politika tal-enerġija se tagħmel differenza kbira fis-saħħa ta’ wliedna għas-snin li ġejjin.

    Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti lill-mezzi tax-xandir fil-kwartieri ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York, b’reazzjoni għall-iffirmar uffiċjali minn 170 pajjiż, inkluż Malta, tal-ftehim storiku li kien intlaħaq f’Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.

    Dr Muscat qal li Malta qed tagħti l-kontribut żgħir, imma importanti, tagħha. Semma kif fadal xi jsir f’pajjiżna fuq il-kwistjoni tad-dħaħen mit-traffiku u inċentivi għal użu ta’ karozzi li jniġġsu inqas. F’dawn l-oqsma, pajjiżna lest iwettaq biex il-prinċipji tal-ftehim iffirmat fi New York jiġu attwati f’Malta kif diġà sar fil-qasam tal-enerġija.

    Il-Prim Ministru qal li dan il-ftehim se jaffettwa b’mod ewlieni lill-uliedna u din mhijiex cliche iżda realtà li qed ngħixu, f’dinja fejn it-temperaturi qed jinbidlu. Malta esperjenzatha, per eżempju, permezz tan-nixfa li kellna din ix-xitwa u se nkunu qed ngħinu lill-bdiewa biex ipattu għal dik in-nixfa.

    “Dikjarazzjoni li laqtitni kienet ta’ tfajla miċ-Chad li qalet li t-tibdil fil-klima, u n-nixfa fir-reġjun tagħha, qed iwassal għal ġlied u gwerrer minħabba li nies qed jispiċċaw jinħakmu mill-estremisti wara li jitolbuhom l-għajnuna. Għalhekk, dan li qed isir fi New York huwa ftehim storiku li għandu jwassal b’mod konkret biex jilqa’ għall-problemi li jista’ jkollna fil-futur," qal il-Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0