L-ewwel deportazzjoni lejn it-Turkija miżgħuda bl-abbuż - Human Rights Watch

  • Apr 23, 2016 00:00
  • Miktub minn Jake Azzopardi

    Human Rights Watch irrappurtat diversi abbużi li saru fl-ewwel deportazzjoni ta' migranti mill-Greċja lejn it-Turkija skont il-ftehim li sar mal-Unjoni Ewropea. 

    It-traġitt ta' 66 persuna nhar l-4 t'April 2016 li telaq mill-gżira Griega ta' Chios kien deskritt bħala wieħed mgħaġġel u kaotiku.

    Intqal ukoll li mal-wasla tagħhom fit-Turkija l-migranti deportati tilfu l-kuntatt mal-familjari u ħbieb li baqgħu fil-Greċja filwaqt li għaqdiet li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Uniti twaqqfu mill-awtoritajiet Torok milli jżuru lid-deportati. 

    Ir-rapport ta' Human Rights Watch huwa bbażat fuq intervisti li saru lil ħbieb u familjari ta' 19-il migrant mill-Afganistan li sabu ruħhom deportati lejn it-Turkija, li b'xi mod irnexxielhom jagħmlu kuntatt wara diversi jiem. 

    Jirriżulta li l-awtoritajiet naqsu milli jinfurmaw lin-nies li kienu se jiġu deportati u fejn kienu sejrin. Mhux hekk biss iżda uħud minn dawk deportati lanqas tħallew iġorru magħhom affarijiet personali. 

    Id-deportazzjoni hija riżultat tal-ftehim li ntlaħaq bejn l-UE u t-Turkija fl-20 ta' Marzu li għadda. Il-ftehim jipermetti d-deportazzjoni ta' persuni lejn it-Turkija hekk kif dan il-pajjiż huwa meqjus sigur għar-refuġjati u persuni li qed jitolbu l-ażil. 

    Madanakollu Human Rights Watch ma taqbilx li fis-sitwazzjoni preżenti t-Turkija hija daqstant sigura għal dawn il-persuni. 

    Hemm ukoll ftehim ieħor li kien sar fl-2001 bejn il-Greċja u t-Turkija dwar migranti li ma jitolbux ażil. Ftehim simili għal dan tat-Turkija mal-bqija tal-Istati Membri fl-UE se jkun qed jidħol fis-seħħ f'Ġunju ta' din is-sena. 

    Il-pulizija Griega kienet responsabbli mid-deportazzjoni mill-gżejjer ta' Chios u Lesbos bl-għajnuna ta' uffiċjali tal-Frontex. 

    Fid-9 t'April, l-għada li saret it-tieni deportazzjoni, l-awtoritajiet Griegi ħabbru li kienu qed jissospendu l-proċess biex ikunu jistgħu itejbuh. Human Rights Watch qeq titlob lill-Greċja u lill-UE biex testendi s-sospensjoni sa ma jkunu aċċertati d-drittijiet ta' dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu ażil. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0