L-osservaturi tal-ĠM jmorru jinvestigaw il-qtil ta’ massa fis-Sirja

  • Lul 14, 2012 15:33
  • Miktub minn

    Osservaturi tal-Ġnus Magħquda (ĠM), qegħdin jittamaw li jidħlu f’Tremseh biex jinvestigaw ir-rapporti dwar il-qtil ta’ massa li saru nhar il-Ħamis.
    Tim ta’ osservaturi telaq mill-belt kapitali Damasku biex imorru f’Tremseh li jinsab 25 kilometru fil-Majjistral tal-belt ta’ Hama.
    Il-qtil ta’ madwar 200 persuna ġew ikkundannati madwar id-dinja kollha.
    Il-gvern Sirjan insista li din kienet operazzjoni militari kontra l-ġellieda ribelli u m’hemmx rapporti dettaljati dwar ċivili li nqatlu fl-attakk.
    L-uffiċjali tal-Ġnus Magħquda qalu lil aġenziji tal-aħbarijiet li grupp ta’ tliet vetturi telqu llum lejn Tremseh. Fil-fatt, osservaturi tal-missjoni tas-superviżjoni tal-Ġnus Magħquda fis-Sirja dehru jiċċekkjaw il-vetturi qabel ma telqu lejn Hama.
    L-osservaturi qalu li x-xogħol tagħhom bħalissa hu sospiż minħabba l-vjolenza. Minkejja dan, qegħdin jipprovaw isibu missjonijiet biex jinvestigaw inċidenti speċifiċi.
    Intant, għadu mhux ċar x’ġara f’Tremseh. Il-gvern qal li l-forzi armati ħadu sehem f’operazzjoni speċjali wara xnigħat min-nies lokali li kien hemm numru kbir ta’ ribelli armati li kienu qegħdin joperaw fil-moħbiet tagħhom.
    Fi stqarrija mill-armata Sirjana ntqal li l-moħbiet inqerdu, b’numru kbir ta’ ġellieda ribelli nqatlu jew inkella nqabdu. Uħud minnhom ġew murijin fuq it-televiżjoni tal-istat flimkien ma’ ammonti kbar ta’ munizzjon li ntqal li ġew maqbudin. L-istqarrija kienet tgħid ukoll li l-ebda persuna ċivili ma nqatlet fl-attakk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook