Terremot ieħor qawwi fl-Ekwador

  • Apr 20, 2016 00:10
  • Miktub minn Daniel Bartolo

    Inħass terremot ieħor ta’ saħħa ta’ 6.2 barra mill-kosta tal-Ekwador. Hu mifum ukoll li baqgħu jinsaħħu diversi theżżiżiet wara it-terremot il-kbir li laqat il-pajjiż il-ġimgħa li għaddiet fejn mietu kważi 500 persuna, 4,600 persuni midrunin u 107 peruna huma mitlufin.

    Il-Pacific Tsunami Warning Center qal li t-terremot tal-lum seħħ 70 km’il barra mill-belt kostali tal-Paċifiku Esmeraldas, u kellhu fond ta’ 10 km. Dan it-terrimot ma tantx kien ’il bogħod mill-epiċentru tat-terremot ta’ nhar is-Sibt li għadda li kellhu s-saħħa ta’ 7.8

    Diversi persuni fl-imsemmija żona qalu li ħassew żewġ theżżiżiet qawwijien ta’ madwar 30 sekonda kull waħda.

    L-Istitut Ġeografiku tal-Ekwador qal wara t-terremot ta’ saħħa ta’ 6.2 kobor baqgħu jinħassu aktar theżżiżiet iżda ma kien hemm l-ebda twissija ta’ xi tsunami.

    Il-President Rafael Correa qal li dawn it-terremoti kkawżat bejn $2 biljuni u $3 biljuni fi ħsarat.

    Irħula iżolati u bliet, superstiti qed jaraw kif jistgħu ikomplu jgħixu peress li jinsabu mingħajr ilma, enerġija jew it-trasport, għalkemm matul il-ġurnata tal-bieraħ bdiet titwassal xi ftit ta’ għajnuna .

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook