1,320 immigrant ingħataw xi forma ta' protezzjoni minn Malta fl-2015

  • Apr 21, 2016 00:46
  • Miktub minn Massimo Axisa

    Mill-aħħar rapport li ħarġet l-Eurostat, jirriżulta li matul is-sena li għaddiet f'Malta, 1,320 immigrant ingħataw protezzjoni. Meta mqabbel mal-ammont ta' immigranti li ġew protetti fl-Ewropa, dan jammonta biss għal 0.4%. 

    Kontra n-norma Ewropea, f'Malta l-maġġoranza ta' immigranti li ġew protetti kienu Libjani. L-ammont ta' Libjani infatti ammonta għal 785, jew 59.3%. In-nazzjonalitajiet l-iktar popolari wara dik Libjana kienu dawk Sirjani u Eritrejani, li ammontaw għal 280 u 60, jew 21.3% u 4.5% rispettivament. 

    Mill-1,320 persuna li ingħataw protezzjoni minn Malta, 290 minnhom biss ġew rikononoxxuti bħala refuġjati, waqt li 955 ingħataw protezzjoni sussidjarja. Il-75 l-oħra, imbagħad, ingħataw protezzjoni minħabba raġunijiet umanitarji. 

    L-ammont ta' immigranti li ingħataw protezzjoni fl-Unjoni Ewropea kien ta' 333,350. Il-maġġoranza ta' dawn, u b'distakk sostanzjali mit-tieni post, kienu Sirjani. Dan kif 166,100, jew 50%, ġew mis-Sirja. Fit-tieni post hemm ċittadini Eritrej, li jammontaw għal 27,600 (8%), filwaqt li t-tielet l-iktar ċittadinanza popolari kienet dik Iraqqina, hekk kif dawn ammontaw għal 23,700 (7%). 

    Ritratt (Arkivji): Ian Noel Pace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0