Ġelat fl-għaġina filo

  • Apr 21, 2016 00:21
  • Miktub minn iNews
"

    Ingredjenti:

    4 folji għaġina filo

    3 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    200g ġelat

    60g  frawli mqatta'

    40g pistaċċi

    60g frott imħallat biex iżżejjen il-wiċċ

    Metodu:

    Iftaħ l-għaġina u uża mqass biex tqattagħha, l-ewwel strippi u mbagħad kwadri.

    Idlek muffin tin biż-żejt taż-żebbuġa.

    Dellek kull biċċa kwadra ta' għaġina bi ftit żejt u poġġiha fil-muffin tin. Irrepeti sakemm ikollok tliet biċċiet għaġina f'kull ħofra tal-muffin tin.

    Saħħan il-forn għal 200 grad Celcius. Poggi l-muffin tin fil-forn u aħmi għal 5 - 6 minuti. Oqgħod attant li ma jinħarqux.

    Ipprepara l-ġelat billi tħallat miegħu l-frawli u l-pistaċċi u erġa' poġġih fil-friża. 

    Ħalli l-forom tal-għaġina jiksħu, imbagħad neħħihom mill-muffin tin. Poġġihom fuq platt. Imliehim bil-ġelat u żejjen bil-frott frisk u ftit icing sugar. (Jiena użajt it- tut, frawli u dragon fruit għall-wiċċ.)

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Stefan Stafrace

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0