Insalata tal-frott mhux tas-soltu

  • Apr 19, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews

    (Għal insalata tal-frott ftit differenti, ippruvaw żidu l-pithaya (dragon fruit) u ċawsli niexef. Jekk tkunu qegħdin tistennew il-mistednin, servu l-insalata tal-frott ġol-qoxra tad-dragon fruit friska.)

    Ingredjenti: 

    200g frott frisk stagjonali (bħal dragon fruit, tuffieħ, naspli, tut, passion fruit u frawli)

    50g frott niexef (bħal dragon fruit u ċawsli)

    meraq ta' nofs larinġa

    ftit weraq tan-nagħniegħ frisk biex iżżejjen il-wiċċ

    ġelat jew yoghurt biex isservi

    ftit lewż inkaljat għall-wiċċ

    ftit għasel jew agave jekk tixtieq

    Metodu:

    Ħallat il-frott mal-meraq tal-larinġa u poġġihom fil-friġġ għal madwar siegħa.  

    Meta tqatta' d-dragon fruit, ħaffer il-milli ħalli tkun tista tuża l-qoxra bħala skutella, kif jidher fir-ritratt.

    Qabel ma sservi, ħallat il-frott niexef mal-frott l-ieħor.

    Servi bi ftit lewż inkaljat fil-wiċċ, mal-yoghurt jew ġelat, jew sempliment żid l-agave jew għasel.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Stefan Stafrace

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook