Ma jindikax jekk hux se jiġi investigat Demarco

  • Apr 18, 2016 00:20
  • Miktub minn iNews

    L-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello, iċ-Ċermen tal-inkjesta li għaddejja bħalissa biha l-Allied Group (sidien tat-Times), ma weġibx jekk din hux se tkun estiża u tinvestiga lill-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco għall-allegat xogħlijiet li sarulu fil-proprjetajiet tiegħu fl-2011 minn Redmap Constructions u li dawn tħallsu xahar ilu, proprju meta Allied Group kien beda jivestiga l-allegat tixħim tal-Eks Direttur Maniġerjali, Adiran Hillman.

    Illum il-ġurnal L-ORIZZONT jirrapporta li meta huwa staqsa lil Bonello jekk hix se tkun estiża l-inkjesta li għaddejja bħalissa, Bonello - li attenda fl-aħħar mass meeting organizzat mill-Partit Nazzjonalista fi Pjazza Kastilja - qal li din hija inkjesta privata promossa minn kumpanija kummerċjali privata. Żied jgħid li l-membri tal-inkjesta, li ġew inkarigati mill-Bord tad-Diretturi tal-Allied Group, kienu mogħtija t-Terms of Reference u se jirrappurtawhom lihom biss. 

    Il-Maltatoday ilbieraħ żvelat kif Redmap Constructions, il-kumpanija ta’ Pierre Sladden, wieħed min-negozjanti li ismu jidher fid-dokumenti msejħa Panama Papers, għamlet b’€34,000 għal xogħlijiet li saru fl-2011 fuq proprjetajiet tal-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco, u wkoll għal uffiċjali oħra ta’ Allied Newspapers. 

    Il-ġurnal żvela kif Demarco, li huwa membru fl-Istrickland Foundation u li għadha sehem ta’ 78% mill-Allied Newspapers, ħallas ix-xahar li għadda għal xogħlijiet li sarulu fl-2011. Il-pagamenti saru fl-istess żmien meta ġie żvalet li Pierre Sladden kellu kumpaniji offshore fil-British Virign Islands fejn għamel tranżazzjonijiet li ammontaw għal €900,000.

    Skont il-Maltatoday, Demarco talab lil Sladden biex jagħtih l-irċevuta għax-xogħlijiet li saru mir-Redmap wara li l-Allied Group nieda inkjesta dwar allegazzjonijiet ta’ tixħim li saru fl-eks Direttur Maniġerjali, Adrian Hillman. Skont l-istess ġurnal, l-irċevuta ħarġet ix-xahar li għadda għal xogħlijiet li saru fl-2011 u l-ħlasijiet kienu mqassma fuq tliet pagamenti.  

    Bonello ma weġibx jekk hux se jkun membru ta’ Strickland Foundation

    L-ORIZZONT tgħid li hija infurmata li Giovanni Bonello qed jiġi kkunsidrat biex ikun appuntat bħala membru ta’ Strickland Foundation, liema fondazzjoni għandha 78% mis-sehem tal-Allied Newspapers. Meta mitlub jikkummenta jekk kienx jaf li se jiġi appuntat fil-fondazzjoni qabel ma aċċetta li jmexxi l-inkjesta interna tal-Allied Group, Bonello għażel li ma jweġibx. 

    Fid-dawl tal-fatt li l-Maltatoday żvelat li l-kumpanija ta’ Sladden għamlet xogħol ta’ kostruzzjoni fil-proprjetajiet tal-acting managing director Michel Roizzo, u s-segretarju tal-bord ta’ diretturi tal-Allied, Clinton Calleja, mingħajr kumpens, L-ORIZZONT staqsa lil Bonello jekk dawn hux se jiġu investigati. Iżda bħall-mistoqsija ta’ qabel bqajna mingħajr tweġiba. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0