'Ma rridux aktar li Raħal il-Ġdid jibqa' mfakkar għall-firda li ħakmitu' - il-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri

  • Apr 17, 2016 16:52
  • Miktub minn Victor Vella


    Fi tmiem il-quddiesa tad-9.30 ta' dalgħodu ġie ffirmat il-ftehim bejn l-għaqdiet u l-parroċċa ta' Raħal il-Ġdid, liema ftehim se jibda kapitlu ġdid fil-ħajja ta' din il-parroċċa. Il-Kappillan enfasizza li "b'dan il-ftehim ma rridux aktar li Raħal il-Ġdid jibqa' mfakkar għal firda li ħakmitu'.  Dan kien segwit b'ċapċip kbir minn dawk preżenti, li litteralment ippakkaw il-knisja.

    Il-Kappillan, Dun Marc Andre Camilleri qal li "dan hu pass kbir fil-ħajja tal-parroċċa. Dawk involuti f'dan il-ftehim ma fittxewx l-interessi tagħhom l-ewwel imma poġġew l-interessi tal-parroċċa fl-ewwel post.  Ma kienx proċess faċli. Kien proċess li kien jinkludi ħafna tbatija u anke umiljazzjoni. Kien jinvolvi bdil ta' pożizzjonijiet li ttieħdu fil-passat. Issa b'dan il-ftehim, it-tbatija u l-umiljazzjoni se jservu biex napprezzaw aktar dak li ġie miftiehem. Illum grazzi għal dak li sar qed naraw pjazza magħquda".

    Il-Kanonku, enfasizza li "ma rridx ngħid li wasalna. Ngħid li flimkien bdejna l-ewwel pass. Nidejna kapitlu ġdid fil-ħajja tal-parroċċa.  B'dan il-ftehim qed ngħidu li qatt aktar mhux se nerġgħu nmorru lura għal pika li kienet ħakmitna. Qed ngħidu li le ma rridux li l-festa tibqa' sors ta' inkwiet u tensjoni. Qed ngħidu li ma rridux li r-raħal tagħna jibqa' mfakkar għall-firda li nibtet fih."

    "Se jkun hawn min jgħid li qed noħlom. Jien imma għandi fiduċja fikom" iddikjara il-Kappillan fost iċ-ċapċip ta' dawk preżenti.

    Bil-ftehim iffirmat bejn il-każini, il-Kurja u l-Parroċċa, il-vara ta' Kristu Re li tinsab fil-Każin De Paule se tkun qed isisb ruħu fit-tempju tal-Pawlisti filwaqt li l-Għaqda Soċjali Kristu Sultan se tkun rikkonoxxuta bħala Għaqda Mużikali. Il-Kappillan temm jgħid li "biex nimxu 'l quddiem kellna nieħdu deċiżjoni riskjuża...id-deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb fost il-Pawlisti" temm jgħid Fr Marc b'sodifazzjon.

    Ta' min jgħid li fl-1998, l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi ħadem statwa  ta' Kristu Re bl-injam. Minkejja dan l-isforz, il-Kappillan Dun Ġorġ Deguara saħaq li jkun aħjar li kieku din l-istatwa ma tintużax u fi ftit xhur inġiebet statwa oħra li qanqlet rabja fost il-Pawlisti. L-istatwa li ħadem Camilleri Cauchi tpoġġiet fil-każin De Paule. Din l-istatwa li l-maġġoranza tal-Pawlisti kienu jaraw aktar rappreżentattiva tax-xbieha ta' Kristu Re ġiet indurata fl-2003 minn Horace Farrugia. L-istatwa li nġiebet ma kinitx milqugħa min-nies. 

    Fid-dawl tal-proposta l-oħra, jiġifieri dik li l-Għaqda Soċjali Kristu Sultan tkun rikonoxxuta bħala Għaqda Mużikali, l-istorja tagħha tmur lura għall-1999. Fit-tali sena dan il-Każin kien biddel l-istatut biex issir din it-transformazzjoni. Madankollu digriet li kienet ħarġet il-Kurja rriżulta li dan ma jistax iseħħ għax ma kinitx qed tilqa' każini tal-baned ġodda. 

    Il-Kappillan Fr. Marc qal li dawn iż-żewġ kontroversji qajmu inkonvenjent f'Raħal Ġdid. "Fil-lokal nibtet il-firda fost il-familji, bejn il-każini u saħansitra sar bojkott lejn il-Parroċċa" saħaq il-Kappillan. Bejn l-2011 u l-2012, twaqqaf kumitat ta' azzjoni fi ħdan Raħal Ġdid. Dan il-kumitat kien jikkonsisti f'membri minn kull għaqda tal-lokal. Ġie deċiż li jekk jintlaqgħu dawn il-proposti il-paċi fost il-Pawlisti terġa' tibda tirrenja. 

     

    Ritratt u filmat: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook