Ingredjenti:
mgħarfa ħabaq frisk imqatta' rqiq
mgħarfa nagħniegħ frisk imqatta' rqiq
mgħarfa tursin frisk
melħ u bżar
200g mascarpone
2 patatiet imqaxxrin u mqattgħin f'dadi żgħar
4 isdra tat-tiġieġ
2 kurratiet imqattgħin irqiq
tazza nbid abjad
2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
Metodu:
Ħallat il-ħwawar imqattgħin flimkien mal-mascarpone u żid il-melħ u bżar. Jekk is-sider tat-tiġieġ għandu l-ġilda fuqu, ħalliha u erfa' ftit il-ġilda biex iddaħħal ftit mit-taħlita tal-ħwawar bejn il-laham u l-ġilda. Jekk is-sider huwa bla ġilda, idlek is-sider bi ftit mit-taħltia.
Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Idlek dixx tal-forn biż-żejt taż-żebbuġa. Poġġi l-patata fid-dixx u ferrex il-kurrat imqatta'. Ferra' l-inbid u poġġi ftit melħ u bżar u nofs it-taħlita tal-mascarpone mferrxa madwar il-ħaxix fid-dixx. Qiegħed l-isdra tat-tiġieġ u l-bqija tat-taħlita tal-mascarpotne.
Poġġi d-dixx fil-forn għal 45 minuta. Ħalli l-ikel jistrieħ għal ħames minuti qabel ma sservi.
Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.