Manuvri fil-MFT biex jaġevolaw lill-'magħżulin'

  • Apr 17, 2016 00:14
  • Miktub minn iNews
"

    Jidher li għall-ħaddiema fil-Malta Freeport Terminals ma hemmx minuta kwiet. Jekk ma jkunux il-każi ta’ dixxipplina arbitrarja, ikunu t-tentattivi biex il-ħaddiema jitnaqqsulhom l-opportunitajiet li jtejbu l-pożizzjoni tagħhom fil-kumpanija jew li jsaħħu l-paga li jieħdu lejn id-dar.

    Skont informazzjoni li waslet għandna, il-ħaddiema tal-Malta Freeport Terminals qed isofru minn manuvri kontinwi fejn ikunu aġevolati u ppremjati l-ftit u l-magħżulin. U dan kontra l-interess tal-bqija tal-ħaddiema.

    Wara l-pubblikazzjoni f’L-ORIZZONT ta’ dettalji dwar allegata dixxiplina arbitrarja fejn l-ħaddiema ma jingħatawx l-opportunità li jiddefendu ruħhom, ħaddiema oħra tkellmu magħna dwar il-fatt li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jaraw jgħibu l-opportunitajiet li javvanzaw fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

    Skont ma ntqal minn dawn il-ħaddiema, qed ikun hemm trattament preferenzjali ma’ x’wħud mill-ħaddiema ‘sħabhom’ fejn dawn qed jingħataw xogħol li jiftħilhom it-triq għal opportunitajiet ta’ taħriġ. “Hemm numru ta’ ħaddiema “magħżula” li huma qrib tal-management li qed jingħataw l-aħjar xogħlijiet - mhux biss li jkollhom ħlas tajjeb iżda li permezz tagħhom jkunu jistgħu japplikaw għal taħriġ li jgħinhom biex jiksbu promozzjoni jew gradi aħjar. Dan ikun ifisser ukoll paga aħjar. Għalina, il-kumpalment tal-ħaddiema, din l-opportunità ma teżistix.”

    L-istess ħaddiema qalu wkoll li allegatament il-kumpanija qed taħdem b’mod preferenzjali ma’ numru ta’ ħaddiema oħra fejn dawn qed jaraw li l-bonuses li jieħdu d-dar jiżdidulhom filwaqt li ta’ ħaddiema oħra jonqsu.

    Il-bonuses li rreferew għalihom il-ħaddiema huma dawk marbuta mal-effiċjenza li juru fil-ħatt tat-tagħbija minn fuq il-bastimenti. Dawn spjegaw li kull wieħed minnhom jingħata bonus meta jilħaq ammont speċifiku ta’ kontejners li jkun irnexxielu jħott f’siegħa.

    “Li qed jiġri huwa li lil uħud minn fostna, malli nkunu wasalna ftit kontejners bogħod mill-ammont li rridu nlaħħqu biex nieħdu l-bonus, naraw li t-trakkijiet jibdew idumu biex jaslu ħdejk ħalli jieħdu l-kontejners. Ir-rabja tikber meta tara li l-operatur fuq il-krejn l-ieħor, ‘wieħed mill-magħżulin’, ma jarax tnaqqis fit-trakkijiet biex imorru jgħabbu l-kontejners li jkun qed iħott. Li jiddispjaċik huwa l-fatt li t-trakkijiet biex jieħdu l-kontejners li tkun qed tħott jerġgħu jibdew jaslu wara li tgħaddi s-siegħa u b’hekk ikollok terġa’ tibda mill-ġdid biex, jekk iħalluk, tilħaq l-ammont tal-bonus.”

    Iżda issa li l-affarijiet jidher li qed imorru għall-agħar. “Skont min inkunu l-ħaddiema fuq il-krejnijiet biex inħottu. Ġieli nsibu li nkunu qegħdin naħdmu bi tliet krejnijiet. Dan ifisser li jkun ferm aktar diffiċli biex nilħqu l-ammont għall-bonus. U jekk tinzerta ma’ tnejn ‘magħżulin’ tista’ tibqa’ ċert li t-trakkijiet se jieqfu jaslu ħdejk biex tħott għal fuqhom u b’hekk ma tlaħħaqx il-kwota.”

    Il-ħaddiema qalu li ma jafux għaliex il-kumpanija qed taġixxi b’dan il-mod, jew x’wassal biex jibda jittieħed dan l-aġir. Li hu żgur hu li għall-kumpanija hemm ħaddiema li huma ugwali aktar minn oħrajn. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0