Il-Papa jżur kamp tar-refuġjati fil-Greċja: 'M'intomx waħedkom!'

  • Apr 16, 2016 14:42
  • Miktub minn iNews

    Kien hemm xeni ta' qsim il-qalb dalgħodu fil-gżira Griega ta' Lesbos, fejn il-Papa Franġisku żar kamp tar-refuġjati u qalilhom, “M'intomx waħedkom!” L-istazzjon televiżiv nazzjonali tal-Greċja rrapporta li l-Papa se jieħu għaxar refuġjati miegħu l-Vatikan u li tmienja minnhom huma Sirjani.

    Malli wasal fil-kamp, il-Papa ntlaqa' minn ġemgħa ta' tfal li telqu minn pajjiżhom mhux akkumpanjati. Bosta refuġjati nxteħtu għarkopptejhom quddiem il-Papa u bdew jolfqu, filwaqt li oħrajn għajtu repetutament, “Ħelsien, ħelsien!” jew l-isem tal-pajjiż minn fejn ġejjin.

    Xi tfal offrew lill-Papa tpinġijiet li għamlu, bil-Papa jieħu waħda minnhom u jgħid lill-membri tal-istaff tiegħu biex ma jitwuhiex ħalli jkun jista' jżejjen l-iskrivanija tiegħu biha.

    “Ir-refuġjati mhumiex numri. Huma nies li għandhom wiċċ, isem u storja, u jridu jkunu trattati bħala tali,” qal il-Papa fi Tweet.

    Meta kellem lill-ġurnalisti fuq l-ajruplan fi triqtu lejn il-Greċja, il-Papa qal li dan hu vjaġġ ta' diqa. “Fil-Greċja se nkunu xhieda tal-agħar diżastru umanitarju mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn. Se naraw ħafna nies li qed ibatu; li qed jaħarbu bla ma jafu fejn sejrin. U se nkunu qrib ċimiterju – il-baħar, fejn hemm tant nies li qatt ma waslu.”

    Bosta qed iqisu din iż-żjara tal-Papa bħala waħda simbolika, żjara li seħħet ftit wara li l-Unjoni Ewropea bdiet tibgħat lir-refuġjati lura lejn it-Turkija.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook