'Ma jagħmilx sens li jerġgħu jiddaħħlu l-bendy buses'

  • Apr 16, 2016 12:00
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Wara li l-Għaqda għad-Drittijiet tal-Konsumatur issuġġeriet li jerġgħu jiddaħħlu l-bendy buses f'Malta u dan minħabba x-xogħlijiet kbar marbutin mal-proġett tal-Kappara, sorsi qrib il-Ministeru ddeskrivew din il-proposta bħala li ma tagħmilx sens.

    B’referenza għall-proġett tal-Kappara, sorsi qrib il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qalulna li l-ministeru huwa konxju li dan il-proġett nazzjonali f’arterja prinċipali fil-pajjiż se jġib xi inkonvenjenzi għas-sewwieqa sakemm jitlesta, u huwa proprju għalhekk li Transport Malta ħadet diversi miżuri biex kemm jista’ jkun tnaqqas l-inkonvenjent, fosthom billi tejbet it-toroq tal-madwar biex jintużaw bħala rotot alternattivi.

    Barra minn hekk, Transport Malta se tkun qed tneħħi b’mod temporanju xi parkeġġi u tissospendi bus lanes biex l-andament tat-traffiku jimxi aħjar. Transport Malta se tkun qed tuża wkoll is-sistema l-ġdida tal-VMS biex tassisti u tiggwida lis-sewwieqa. Kemm jista’ jkun, it-triq prinċipali tal-Kappara se tibqa’ aċċessibbli għat-traffiku.

    L-istess sorsi qalulna li, "Min-naħa l-oħra, il-pubbliku wkoll huwa mħeġġeġ jagħmel il-parti tiegħu billi jaħseb kmieni għad-destinazzjoni tiegħu, kemm jista’ jkun juża rotot alternattivi waqt li jkun għaddej il-proġett u jżomm ruħu aġġornat mal-avviżi li se jkunu qed jinħarġu minn żmien għal żmien. Ħafna mix-xogħol, fejn huwa possibbli, se jkun qed isir bil-lejl. Barra minn hekk, Transport Malta ħadmet pjan li jara li l-aktar interruzzjonijiet fit-traffiku jkunu meta l-iskejjel jkunu magħluqin. Transport Malta wkoll iltaqgħet mal-iskejjel fiż-żona biex tfassal l-aħjar rotot għalihom, fejn kien possibbli."

    L-istess sorsi staqsejniehom dwar il-proposta tal-Għaqda għad-Dirittijiet tal-Konsumatur li ssuġġeriet li jerġgħu jiddaħħlu l-bendy buses. Is-sorsi qalulna li "waħda mir-raġunijiet għalfejn tneħħew il-bendy buses mit-toroq Maltin kienet proprju minħabba l-fatt li dawn kienu qed jikkawżaw aktar traffiku minħabba li ma kinux adattati għat-toroq Maltin. Għalhekk ma jagħmilx sens li dawn jiddaħħlu biex inaqqsu t-traffiku ta’ madwar il-Kappara.  Madankollu l-Malta Public Transport ordnat numru ta’ karozzi tal-linja oħra biex jaqdu aħjar iż-żieda ta’ passiġġieri fis-sajf."

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0