'Kont il-Panama hu ħażin daqs self sigriet permezz ta' ċedoli'

  • Apr 13, 2016 00:58
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Wara li kien ikkummenta fuq il-kwistjoni tal-kontijiet fil-Panama u qal li kieku hu kien jirriżenja, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fil-Parlament illejla attakka dak li hu sejjaħ 'ipokresija' u 'double standards' fuq il-kontroversja marbuta ma' kontijiet fil-Panama u s-self sigriet permezz ta' ċedoli.

    Hu ddikjara li hu att ta' ipokres?ja li l-Partit Nazzjonalista jakkuża lil xi ħadd li fetaħ kont sigriet fil-Panama, iżda fl-istess ħin l-istess partit idaħħal skema sigrieta ta' donazzjonijiet u self. Hu semma wkoll kif hu fil-passat kien qajjem il-kwistjoni li ċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) Joe Bannister kellu msieħba li kellhom rabtiet mal-Cayman Island, iżda dakinhar ma kinitx qamet il-kontroversja tal-lum.

    Il-Ministru Bartolo saħaq li l-MFSA għandha tinvestiga din l-iskema ta' self iżda qal li hu jibża' li dawn se jħalluha għaddejja l-istess kif ħallew abbużi oħra għaddejjin. Ma naqasx li jsemmi li għandu jkun hemm prospectus dettaljat ta' x'se jiġri mill-fondi li l-persuni se jgħaddu lill-Partit Nazzjonalista. Żied jgħid li għandhom ikunu pubbliċi l-kontijiet finanzjarji ta' min se jissellef il-flus.

    Staqsa x'jiġri jekk il-Partit Nazzjonalista ma jkunx jista' jħallas dawn il-flus lura, u semma kif qed jingħad li l-Partit Nazzjonalista għandu dejn ta' €22 miljun.

    Li jkollok kont sigriet fil-Panama hu ħażin daqs li jkollok self sigriet permezz ta' ċedoli, qal il-Ministru.

    Huwa ddikjara li m'għandux fiduċja fiċ-Ċermen tal-MFSA u staqsa jekk hux aċċettabbli li dan ikollu fondi f'kumpanija f'Cayman Islands. Staqsa jekk dan hux kunflitt ta' interess. Hu spjega li Bannister għandu funds f'SR Global Fund Inc.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0