Għaġina tal-irkotta

  • Apr 13, 2016 00:54
  • Miktub minn iNews
"

    Ingredjenti:

    500g dqiq plain

    250g irkotta

    bajda

    vanilla (jekk trid)

    qoxra ta' lumija (jekk trid)

    niskata melħ

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku

    ilma kiesaħ (użah jekk għandek bżonn biss)

    (3 mgħaref stevia jekk trid l-għaġina ħelwa)

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Idlek dixx tat-torti bi ftit żejt taż-żebbuġa billi tuża pinzell.  

    Ibda billi tgħarbel id-dqiq darbtejn ġo skutella kbira. Agħmel dan il-proċess darbtejn ħalli l-għaġina tiġi ħafifa. Żid l-irkotta, imqattgħa biċċiet. 

    Uża l-ponot ta' subgħajk biex tħaddem l-irkotta ġod-dqiq. Aħdem b'mod ħafif billi taqbad ftit dqiq kull darba b'subgħajk, mhux ħafna. Dan jissejjaħ 'rubbing-in method'.  Meta t-taħlita tkun ta' konsistenza qisha frak tal-ħobż, ieqaf. Żid il-melħ.  

    Agħmel ħofra fin-nofs u żid il-bajda u l-ħall tat-tuffieħ. Jekk se tuża l-vanilla u l-qxur tal-lumi, żidhom ukoll. B'sikkina ħawwad l-ingredjenti u mbagħad ipprova ġib l-għaġina flimkien billi tuża jdejk. Jekk tara li ma  għaqditż, żid l-ilma, mgħarfa mgħarfa.  

    Geżwer l-għaġina ġol-cling film jew karta forn u erfagħha fil-friġġ għal siegħa sakemm tistrieħ.

    Meta tiġi biex tiftaħ l-għaġina, ferrex ftit dqiq fuq wiċċ nadif. Ferrex ftit dqiq fuq il-lembuba u ibda rembel l-għaġina bil-mod minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq, mhux laġenba. Jekk hemm bżonn, erġa' iksi l-lembuba bi ftit dqiq. Aħdem ġentilment u bil-mod. Jekk se tuża l-lewż, kif għamilt jien waqt il-programm, ferrex ftit lewż imfarrak fuq il-mejda u ħaddmu fl-għaġina waqt li tkun qiegħda tiftaħha.

    Dawwar l-għaġina sakemm tiġi l-forma li għandek bżonn u d-daqs li trid.  Rembilha madwar il-lembuba u iftaħha fuq id-dixx ippreparat.  

    Jekk għandek ċans,ħalli l-għaġina tistrieħ għal 5 sa 10 minuti fid dixx ġol-friġġ qabel ma taħmiha.

    Taqqab l-għaġina b'furketta u jekk trid issajarha 'blind', aħmiha waħedha fil-forn għal 20 minuta f'temmperatura ta' 180 grad Celcius.

    Meta toħroġha mill-forn, uża lembuba biex taqta' t-truf żejda tal-għaġina.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Yan Schembri

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0