L-MCAST ikkonfermat Ċentru t’Eċċellenza Internazzjonali

  • Lul 14, 2012 14:05
  • Miktub minn

    Edexcel, l-akbar organizzazzjoni tal-kwalifiċi fir-Renju Unit, reġgħet ikkonfermat lill-MCAST bħala Ċentru t’Eċċellenza Internazzjonali. Dan ħareġ minn stqarrija ppubblikata mill-MCAST.

    Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), kien l-ewwel istituzzjoni edukattiva fl-Ewropa li ngħata dan l-unur fl-2005. Seba’ snin wara, hekk kif reġgħet onorat lill-MCAST b’dan it-titlu, l-Edexcel spjegat li “dan huwa xhieda tal-livelli ta’ kwalità għolja li l-MCAST żamm matul l-aħħar snin, waqt li jipprovdi firxa wiesgħa ta’ korsijiet lil ħafna studenti.” Edexcel toffri eżamijiet u kwalifiċi akkademiċi u vokazzjonali rikonoxxuti madwar id-dinja kollha. L-MCAST u l-Edexcel jikkollaboraw flimkien biex joffru korsijiet biex studenti Maltin ikunu jistgħu jiksbu l-kwalifiċi magħrufa bħala BTEC.

    Ir-rikonoxximent lill-MCAST qed jitħabbar fl-istess żmien li l-MCAST qed iħejji biex jibda jirċievi l-applikazzjonijiet minn studenti prospettivi li se jkunu qed jagħżlu l-MCAST għall-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom. Bejn it-Tnejn 23 u l-Ġimgħa 27 ta’ Lulju, l-MCAST se jirċievi applikazzjonijiet għal 161 kors full-time li se jibdew f’Ottubru.

    Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, il-Prof. Maurice Grech, spjega li l-konferma mill-ġdid ta’ dan l-unur tiġi fi żmien kruċjali hekk kif l-MCAST qed jiċċelebra l-għaxar anniversarju tiegħu, waqt li qed iniehdi għadd ta’ proġetti li se jwasslu għal qabża ‘l quddiem fil-kwalità tal-korsijiet u s-servizzi li joffri.

    Għal pariri dwar il-korsijiet full-time u part-time tal-MCAST u għal aktar dettalji dwar l-applikazzjonijiet għall-korsijiet li se jibdew f’Ottubru, ikkuntatjaw lill-‘career advisors’ tal-Kulleġġ fuq careerguidance@mcast.edu.mt jew 2398 7100 jew żuru l-websajt tal-MCAST www.mcast.edu.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 15, 2012

    Prosit lil MCAST ta' dan ir-rikonoxximent. Inheggu lil amministraz

    Irrispondi