Joe Magro għandu 56 sena, u għaxar xhur ilu t-tobba tawh l-aħbar ħażina li qed ibati bil-‘motor neurone disease’, marda li taffettwa n-nervituri sal-punt li ġġibek paralizzat.
Konxju li jekk ma tinstabx kura għad jispiċċa paralizzat, Magro ħareġ jappella lill-awtoritajiet lokali biex idaħħlu l-ewtanasja ħalli jkun jista’ jtemm ħajtu flok jispiċċa jgħix dipendenti fuq ħaddieħor.
Permezz ta’ inewsmalta, il-missier ta’ erbat itfal qed jerġa’ jagħmel dan l-appell lill-politiċi, anke għall-fatt li fil-preżent jekk persuna tgħin lil oħra biex ittemm ħajjitha biex ma tibqax tbati, tiġi meqjusa f’għajnejn il-liġi daqslikieku tkun qatlitha.
Magro huwa rassenjat li jekk l-ewtanasja ma tidħolx f’pajjiżna u l-kundizzjoni tiegħu tibqa’ tiddeterjora, mhux se jibqalu triq oħra ħlief li jwettaq suwiċidju.
Għalkemm jemmen li l-maġġoranza tal-poplu taqbel li tidħol l-ewtanasja, Magro ma jridx li jsir referendum għax jemmen li dan għandu jkun dritt tal-individwu u li ebda persuna oħra m’għandi tiddeċiedi għal oħra.
Aqra l-intervista sħiħa ma' Joe Magro f'L-ORIZZONT tal-lum.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.