Konrad Mizzi jgħid l-Panama Leaks urew li qal il-verità

  • Apr 04, 2016 00:30
  • Miktub minn iNews

    Fi stqarrija li ħareġ dallejl, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, qal li minn dak li ħareġ mill-Panama Leaks ilbieraħ filgħaxija, jirriżulta li huwa qal il-verità.

    Mizzi qal li t-Trust u d-dokumenti relatati li ġew ippubblikati kienu disponibbli għall-ġurnalisti mill-bidu nett u l-istruttura kienet dejjem intenzjonata bħala trust tal-familja għall-assi u l-investimenti.

    Mizzi saħaq li kuntrarjament għall-mijiet ta' nies li ssemmew fil-Panama Leaks, ma saret l-ebda referenza għal fondi li għandu hu. Dan, qal il-Ministru, jikkonferma l-verżjoni tiegħu tal-fatti sa mill-bidu nett, jiġifieri li ma hemm ebda fondi jew kontijiet bankarji f'dawn l-istrutturi.

    Dwar ir-rapporti li kien hemm attentati biex jinfetaħ kont bankarju f'Dubai, il-Ministru qal li dan kien parti mis-servizz offrut lilu iżda – kif jikkonfermaw l-istess rapporti – huwa qatt ma aċċetta din l-offerta u la fetaħ kont f'Dubai, la fil-Panama u lanqas f'xi pajjiż ieħor.

    Il-Ministru fakkar li huwa nnotifika t-twaqqif tal-istruttura fid-dikjarazzoni tal-assi ministerjali għall-2015. Irrispettivament minn dan, qal li se jibqa' għaddej bl-eżerċizzju ta' awditjar indipendenti biex ikompli jagħti prova ta' dak li ilu jisħaq mill-bidu. Il-kumpanija fil-Panama se tingħalaq malli din l-investigazzjoni tkun konkluża.

     Il-Panama Leaks huwa tagħħrif żvelat mill-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ), fejn jissemew politiċi minn madwar id-dinja kollha li għandhom kumpaniji offshore maħsuba biex jevitaw it-taxxi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook