40 każ ġdid ta' awtiżmu kull sena... liġi li hi pass fid-direzzjoni t-tajba

  • Apr 02, 2016 00:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva l-liġi mressqa mill-Gvern dwar l-ispettru tal-awtiżmu bħala pass fid-direzzjoni t-tajba. Semma li f’Malta madwar 1% tal-persuni qegħdin jitwieldu bl-awtiżmu, u spjega kif dan ifisser madwar 40 każ ġdid fis-sena.

    Meta indirizza konferenza dwar l-awtiżmu, iIl-Prim Ministru qal li sabiex is-soċjetà tkun aktar miftuħa biex tagħti aktar libertajiet lin-nies minn diversi oqsma, kulħadd għandu jikkontribwixxi għaliha. Semma kif din il-liġi se tkun waħda minn tal-ewwel fid-dinja u għalhekk Malta se sservi bħala eżempju għal pajjiżi oħra.

    Huwa rringrazzja lill-individwi li ħadmu fuq din il-liġi, nies tekniċi, qraba ta’ persuni b’awtiżmu, u persuni minn għaqdiet non-governattivi tax-xogħol li għamlu sabiex tinkiteb din il-liġi u qal li dan ir-ringrazzjament se jsarraf f’fatti biex il-Gvern jimplimenta l-pjan li se jsir mill-Kunsill Konsultattiv.

    Il-Prim Ministru kkonkluda billi semma li l-Gvern impenjat b’risq aktar drittijiet għall-persuni b’diżabilità. Huwa semma ftit mill-bosta miżuri li ttieħdu mill-Gvern, fosthom l-inċentivi fit-taxxa għall-employers biex iħaddmu 2% mill-impjegati tagħhom li jkunu persuni b’diżabilità, kontribuzzjoni minn min ma jaderixxix ma’ din ir-regola, pensjoni sħiħa għall-persuni b’diżabilità li jaħdmu, għaxart idjar għall-persuni b’diżabilità fil-komunità sal-aħħar tal-leġiżlatura, u l-Politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, spjegat kif permezz ta’ din il-liġi se jiġi preparat pjan li għandu jkun ippreżentat lill-Gvern sabiex jiġi implimentat. Dan il-pjan se jiġi kkompilat minn diversi stakeholders li jinkludu persuni bl-awtiżmu u l-familjari tagħhom flimkien ma’ entitajiet oħra involuti fil-qasam tal-awtiżmu. Qalet li dan se jiżgura li Malta jkollha ħidma koordinata b’risq l-aġenda ta’ persuni bl-awtiżmu u b’hekk inkunu iktar effettivi.

    Żiedet tgħid li l-liġi tikkumplimenta l-impenn li għandu l-Gvern sabiex joħloq soċjetà aktar inklussiva u li tipprovdi aktar opportunitajiet għal kwalità ta’ ħajja aħjar, b’parteċipazzjoni attiva u sħiħa kif proprju stipulat il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità.

    Justyne Caruana qalet li dawn it-tip ta’ konferenzi jiġu organizzati għaliex il-Gvern ma jikkunsidrax is-settur tad-diżabilità b’mod omoġeni, imma jidħol fid-dettall f’kull settur sabiex jindirizza l-kwistjonijiet partikulari li jikkonċernaw kull persuna. Qalet li huwa imperattiv li l-Gvern jisma’ u jaħdem id f’id ma’ persuni akkademiċi u dawk involuti fis-settur sabiex tinħoloq politika effettiva li tassigura l-aħjar drittijiet għall-persuni b’diżabilità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0