Pannacotta tal-vanilla u l-frawli

  • Apr 01, 2016 00:30
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    200ml ħalib

    200ml krema friska

    1/4 ta' kikkra zokkor jew ekwivalenti ta' stevia

    3/4 ta' mgħarfa trab tal-ġelatina

    vanilla

    mgħarfa ilma tal-ward

    Għaz-zalza tal-frawli:

    300g frawli

    mgħarfa ilma tal-ward

    kuċċarina stevia

    Metodu:

    Żomm erba' frawliet biex iżżejjen il-wiċċ.  Ħallat l-ingredjenti taz-zalza flimkien. Uża hand blender biex titħan it-taħlita sakemm tiġi konsistenza lixxa.

    Għall-pannacotta, ħoll il-ġelatina ġo 2 mgħaref ilma. Ħawwad sew biex it-taħlita tiġi lixxa.

    Ġo kazzola poġġi l-krema, il-ħalib, iz-zokkor u l-ilma tal-ward, u saħħan fuq nar baxx. Tħallix it-taħlita tagħli. Meta z-zokkor jinħall, neħħi minn fuq in-nar.  Żid il-vanilla. Poġġi ftit mit-taħlita tal-ħalib mat-taħlita tal-ġelatina, xi ħames mgħaref. Ħawwad, żid ħames mgħaref oħra u ħawwad. Żid iż-żewġ taħlitiet flimkien u ħallat sew.  

    Ferra' t-taħlita ġo tazzi (toħroġ 4 porzjonijiet minn din ir-riċetta). Għatti bil-cling film u poġġihom fil-friġġ għal lejl.  

    Qabel ma sservi, ferra' z-zalza tal-frawli ġot-tazzi tal-pannacotta u żejjen bi frawla fil-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0