Seba' snin ħabs talli seraq oġġetti antiki minn għadd ta' knejjes

  • Apr 01, 2016 00:29
  • Miktub minn iNews

    Eric Sapiano, ta' 46 sena minn Tas-Sliema, kien ikkundannat seba' snin ħabs wara li ammetta fil-Qorti li seraq għadd ta' oġġetti antiki minn diversi knejjes fuq perjodu ta' tliet snin. 

    Il-każijiet ta' serq seħħew bejn Frar tal-2012 u Frar tal-2015. Sapiano kien tressaq b'arrest f'April tas-sena l-oħra, wara li l-Pulizija kienu sabu għadd ta' oġġetti fil-proprjetà tiegħu. 

    Fil-Qorti Sapiano ġie mixli li fi Frar tal-2012 seraq pittura antika ddedikata lil Sant'Anna (ritratt) mill-Knisja ta' Ġieżu fil-Belt Valletta. Ġie mixli wkoll li f'Awwissu tal-2014, mill-Knisja ta' Stella Maris f'tas-Sliema, seraq vażun tal-fidda antik. Fl-istess waqt, huwa ġie mixli li fix-xhur qabel l-istess xahar mill-istess Knisja, seraq żewġ lampieri tal-fidda, li kienu jifformaw parti minn sett ta' lampieri. 

    Ġie mixli wkoll li fi Frar tal-2015, mill-Knisja ta' San Pawl fil-Belt, ikkommetta serqa ta' gastra banjata fil-fidda. Serqa oħra li ġie mixli biha Sapiano kienet dik li seħħet nhat it-30 ta' Awwissu tas-sena 2014, meta mill-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Safi nsteraq pissidi antik tal-fidda. Fl-istess waqt, huwa ġie mixli li nhar it-18 ta' April tal-2015, mill-Knisja Parrokkjali ta' San Publju, ikkommetta serq ta' vażun antik.  

    Imbagħad ġie mixli wkoll b'għadd ta' imputazzjonijiet oħrajn, fosthom li f'April tal-2012 laqa' għandu platt tal-fidda antik bl-emblema ta' San Duminku, li rċieva salib tar-ramm li kien jifforma parti minn opra sagra, u li sar reċediv. 

    Fil-Qorti, Sapiano ammetta għal dawn l-imputazzjonijiet apparti dik li sar reċediv. 

    Il-Qorti semgħet ix-xhieda tal-Uffiċjal tal-Probation, li min-naħa tagħha rrakkomandat li l-imputat jingħata piena karċerarja, filwaqt li ssir rakkomandazzjoni lid-Direttur tal-Ħabs li jsir assessjar psikoloġiku biex minn hemm ikun jista' jsir pjan ta' kura għall-imputat. 

    Min-naħa tiegħu, l-Uffiċjal Prosekutur Saviour Baldacchino qal li f'dan il-każ, l-oġġetti misruqin mhux biss ġew rintraċċati, iżda ġew esebiti formalment fl-atti. 

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-akkuża tar-reċedività, il-Qorti ma sabitux ħati għaliex ma nstabet l-ebda kopja uffiċjali tas-sentenza tal-Qorti. 

    Xħin ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti qalet li f'dan il-każ, il-piena massima tista' taqbeż l-20 sena. Madankollu, il-Qorti qalet li din il-piena ma tkunx waħda idonea u għaldaqstant iddeċediet li tagħti piena qrib il-minimu. 

    Għaldaqstant il-Qorti kkundannat lill-imputat seba; snin ħabs. Fl-istess waqt il-Qorti rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs biex isir assessjar psikoloġiku ta' Sapiano, biex minn hemm ikun jista jsir pjan ta' kura għalih.

    Il-Prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Saviour Baldacchino. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook