Verżjoni awdjo tar-rumanz 'Iż-Żejt f'Qiegħ l-Ilma' preżentat lil-librerija pubblika

  • Mar 31, 2016 13:00
  • Miktub minn iNews
    Wara s-suċċess miksub bir-rumanz “Iż-Żejt f’Qiegħ l-Ilma”, miktub minn Martin Bugelli,  il-pubblikaturi - Kite Group - flimkien mal-awtur, iddeċidew li ssir verżjoni awdjo ta’ dan ir-rumanz biex tkun tista’ tintuża minn persuni nieqsa mid-dawl jew li għandhom diffikulta’ ta’ qari. Din hi l-ewwel pubblikazzjoni ta’ Kite Group li qed issir f’verzjoni awdjo.
     
    Il-prezentazzjoni tad-donazzjoni ta’ dan ir-rumanz fuq CD saret lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, l-Innovazzjoni Żgħażagħ u Sports Chris Agius fil-Librerija Pubblika l-Floriana.
     
    Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius f’diskors li għamel qal li din l-inizjattiva ssaħħaħ l-inklużjoni għaliex aktar nies, partikolarment dawk li għandhom diffikulta’, ikollhom aċċess għal dan ir-rumanz. Hu qal li Martin Bugelli kiteb rumanz bir-reqqa fejn żewweġ flimkien il-fittizju mar-realta’ u niseġ storja li tħallik fuq ix-xwiek. Hu qal li diġa kellu opportunitajiet oħra fejn kien qiegħed jitkellem dwar il-ktieb Malti fejn irrefera għar-rumanz ta’ Bugelli, minħabba l-mod deskrittiv li hu miktub bih.
     
    L-Onor Chris Agius ħeġġeġ biex aktar nies jagħmlu użu mill-kotba u mis-servizzi li joffru l-libreriji f’pajjiżna, inkluż servizz għall-persuni b’diżabilita’.
     
    Ir-rumanz fuq CD se jkun jista’ jiġi b’xejn misluf mil-librerija pubblika. 
     
    Iż-Żejt f’Qiegħ l-Ilma ġie rekordjat mill-awtur innifsu Martin Bugelli bl-għajnuna ta’ Campus FM. 
     
    Il-ktieb Iż-Żejt f’Qiegħ l-Ilma ġie mniedi fi tmiem is-sena li għaddiet u jinsab għall-bejgħ f’edizzjonijiet paperback jew hardback. Aktar informazzjoni fuq minn din il-ħolqa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook