Ingredjenti:
250g dqiq plain
niskata melħ
120g butir (oħorġu mill-friġġ siegħa qabel ma tużah)
ilma kiesaħ
Metodu:
Ibda billi tgħarbel id-dqiq ġo skutella kbira. Agħmel dan il-proċess darbtejn ħalli l-għaġina tiġi ħafifa. Żid il-melħ.
Żid il-butir, imqatta' biċċiet. Ħawwad il-butir ħafif b'idejk ħalli jinkesa kollu bid-dqiq.
Uża l-ponot ta' subgħajk biex tħaddem il-butir ġod-dqiq. Aħdem b'mod ħafif billi taqbad ftit dqiq kull darba b'subgħajk, mhux ħafna. Dan jisejjaħ rubbing-in method. Meta t-taħlita tkun ta' konsistenza qisha frak tal-ħobż, ieqaf.
Uża mgħarfa biex iżżid l-ilma naqra naqra, mgħarfa kull darba. B'sikkina ħawwad l-għaġina. Ipprova ġib l-għaġina flimkien billi tuża jdejk. Kif tara li għaqdet, tibqax iżżid l-ilma.
Poġġi l-għaġina ġol-cling film u erfagħha fil-friġġ għal siegħa biex tistrieħ.
Meta tiġi biex tiftaħ l-għaġina, ferrex ftit dqiq fuq wiċċ nadif. Ferrex ftit dqiq fuq il-lembuba u ibda rembel l-għaġina bil-mod minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq, mhux laġenba. Jekk hemm bżonn erġa' iksi l-lembuba bi ftit dqiq.
Dawwar l-għaġina sakemm tiġi l-forma li għandek bżonn u biex iġġibha d-daqs li trid.
Jekk għandek ċans,ħalli l-għaġina tistrieħ għal 5 sa 10 minuti qabel ma taħdem biha.
Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.