Tmut it-tfajla li l-hena taghha tghin fil-missjoni

  • Mar 31, 2016 12:15
  • Miktub minn iNews

    Kienet aħbar li xxukkjat lil bosta. Għalkemm il-mewt dehret li kienet wara l-katuniera, il-bniedem xorta jsibha diffiċli jaċċettaha, speċjalment meta l-persuna li tmut tkun żgħira fl-età jew tkun qalbha tajba. Kif kienet Anita Aquilina.

    Anita kellha 38 sena. Mara ferriħija u dejjem bi tbissima. Anke waqt li kienet qed tikkumbatti l-marda kiefra tal-kanċer.

     

    L-hena tagħha kien li tgħin lil ħaddieħor. Kemm jekk f'Malta u kemm jekk barra. Waqt li ħafna għandhom il-Facebook mimli ritratti tal-postijiet fejn marru fuq vaganza, dak ta' Anita huwa mimli ritratti ta' fejn marret fuq missjoni.

     

    L-Eġittu, iż-Żambja, l-Indja u l-Kenja kienu l-postijiet li fihom Anita esprimiet l-imħabba li kellha fiha fil-prattika. Ir-ritratti tat-tfal mgħannqin magħha u jbusuha jixhdu kemm ħalliet impatt fuqhom.

     

    Anita ħadet l-aħħar nifs ta' ħajjitha fis-sigħat bikrin ta' dalgħodu. Fl-aħħar ħelset mit-tbatija li kkaratterizzat l-aħħar jiem tagħha. Imma l-mewt mhux se tnessi l-memorji sbieħ li ħalliet f'kull min kien jafha jew kien iffortunat li għex qrib tagħha.

     

    Anita se tingħata l-aħħar tislima s-Sibt li ġej b'quddiesa li tibda fit-3.00 p.m. fil-knisja ta' San Bastjan f'Ħal Qormi.

    Ikun xieraq li dawn il-kelmtejn f'ġieħha nagħlquhom bil-kliem fuq ir-ritratt li għandha fuq nett fil-paġna tagħha fuq Facebook: "Life can be full of unexpected things, either happy or sad, but no matter what things may happen, just always keep a loving heart, a wise mind and a strong faith in God who will always stay with us through all the journey of our life."

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook