'Il-PN jinsisti favur taxxa ġdida fuq il-ħaddiema kollha' - PL

  • Mar 30, 2016 10:31
  • Miktub minn iNews

    Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista reġa’ wera li hu jixtieq idaħħal f'pajjiżna l-hekk imsejjħa pensjoni tat-tieni pilastru. Din tkun tfisser li kull ħaddiem, mingħajr konsultazzjoni, ikollu jħallas kontribuzzjoni ta' bilfors fi skema li ma jkollux għażla fuqha. Essenzjalment tiżdied taxxa ġdida fuq kull persuna li taħdem f'pajjiżna, u anke fuq min iħaddem.

    Il-PL qal li b'kuntrast, wara l-interess tajjeb fil-pensjonijiet volontarji tat-tielet pilastru, il-Gvern issa jixtieq iwessa’ l-iskema ta' inċentivi. Bit-tielet pilastru, kull persuna li tinvesti sa €1000 f'pensjoni privata tingħata lura €150 f'tax credit. S’issa l-kontribuzzjoni fil-pensjoni setgħet isir biss mill-individwu konċernat f'ismu jew f'isem l-partner tiegħu. Il-Gvern issa se jesplora l-possibilità li jekk min iħaddem ikun jixtieq jagħmel kontribuzzjoni wkoll, din il-kontribuzzjoni wkoll tgawdi minn inċentiv fiskali.

    L-istqarrija kompliet tgħid li dan ifisser li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jixtieq li kull ħaddiem ikollu jħallas, irid jew ma jridx, kontribuzzjoni mill-paga tiegħu f'pensjoni li mhux bilfors tkun tgħodd għalih, il-Gvern jixtieq li tibqa’ għażla volontarja ta' kull ħaddiem. Min jiddeċiedi li jkollu pensjoni privata, jiġi mgħejjun mill-Gvern permezz ta' inċentiv. Għal kull ewro investit, il-Gvern jagħti inċentiv ta' 15 -il ċenteżmu.

    Il-PL qal li din l-istess bħal politika tal-età tar-irtirar. Filwaqt li Gvern Nazzjonalista għolla l-età tal-irtirar għal kulħadd, din l-amministrazzjoni ntroduċiet inċentiv ta' żieda fil-pensjoni għal dawk li b'mod volontarju jiddeċiedu li jridu jaħdmu aktar. Filwaqt li Gvern Nazzjonalista ma ta l-ebda benefiċċju lil min jagħżel li jaħdem sa 65, din l-amministrazzjoni se tagħti lil dawn il-persuni pensjoni li hija 23% ogħla.  

    Temm jgħid li Gvern Nazzjonalista jfisser piżijiet żejda fuq min jiflaħ l-anqas, filwaqt li l-Gvern preżenti jfisser inċentivi għal min jixtieq jaħdem u jfaddal aktar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0