Siti f'Għawdex imħassra minn 'offroading'

  • Mar 30, 2016 00:18
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kamra tal-aħbarijiet ta' inewsmalta.com irċeviet numru ta' lmenti dwar l-istat ta' żoni fil-kampanja Għawdxija li jintużaw minn min jipprattika l-isport tal-offroading.

    Iż-żona l-aktar milquta, kif jixhdu r-ritratti, hija l-għolja tan-Nuffara (fuq) li qiegħda bejn ix-Xagħra u n-Nadur. Din tidher sew kemm jekk tkun nieżel min-Nadur għar-Rabat kif ukoll int u ħiereġ mit-triq prinċipali tax-Xagħra. 

    Wied il-Ħanaq ukoll intlaqat minn din l-attività. Dan huwa l-parti ta’ fuq tal-Wied tar-Ramla u jibda mit-triq Tar-Ramla tax-Xagħra malli tibda t-telgħa li tigi bejn ix-Xaghra u n-Nadur. 

    Skont ir-rapporti, l-offroading fuq l-għolja tan-Nuffara jsir bil-muturi fuq żrieżaq tat-tafal li jiffurmaw bl-erożjoni naturali, clay taluses, li sfortunatament illum ġew sfigurati bl-offroading tal-muturi. 

    Allegatament, f’Wied il-Ħanaq (ritratt taħt) l-offroading isir ġeneralment minn Maltin bi quadbikes u vetturi four wheel drive

    F’dan il-wied tikber is-siġra tal-Virgi, Virgin Bush u pjanti oħra li mhumiex tant komuni. "L-Offroading huwa illegali bl-avviż legali 196 tal-1997 (ara din il-ħolqa)," qalilna wieħed minn dawk li lmentaw.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0