'Komunitajiet ta' minoranzi għandhom jingħaqdu kontra gruppi estremi f'Malta' - Alex Caruana

  • Mar 29, 2016 12:46
  • Miktub minn Victor Vella

    'Nixkanawh 'l barra". "Dik mara jew raġel ta' xagħarha mdellek? U hemm il-wiża tal-graffitti ukoll. Riklam tal-ħmieġ u tidlik". "Inħares  lejh nitqażżeż. Jaq."  "Aħjar jinħasel ħasla bleach".  "M'hemm xejn agħar minn dawn it-tradituri". 

    Dawn kienu kummenti li nkitbu f'sit soċjali tal-lemin estrem, kontra persuna trans li esprimiet ruħha fuq partiti tal-lemin estrem u l-immigrazzjoni.  Alex Caruana fl-aħħar jiem kiteb u kkummenta fuq is-sit soċjali tiegħu li l-partiti tal-lemin estrem m'għandhomx jitħallew jerfgħu rashom, waqt li kkritika lil min hu kontra l-immigrazzjoni irregolari.  Quddiem dawn il-kummenti hi spiċċat attakkata u mgħajjra f'sit soċjali tal-lemin estrem, b'mod partikolari dwar il-fatt li hi persuna trans.

    Kuntattjata minn inewsmalta.com, Alex Caruana qaltilna li "kont sorpriża bl-attakki feroċi fuqi. Li għedt jien kien fuq il-fatt li  kien hemm persuna li bdiet  tiġġustifika l-faxxisti fi Brussels u jien għidt lil persuna oħra għalfejn qed teħodha ma' dawn it-tip ta' nies". 

    Alex Caruana qaltilna li "l-għada li ktibt hekk, issib ruħek kulħadd jaqlalek. Din naraha intimidazzjoni. Naħseb li l-Pulizija għandha tagħmel xi ħaġa.  Hi kontra l-liġi li ħadu r-ritratti tiegħi u ppubblikawhom. Dawn huma grupp  mhux biss kontra immigranti. Jien persuna trans.  Nemmen li l-kommunitajiet differenti għandhom joħorġu dikjarazzjonijiet kontra dawn l-atti faxxisti. Lili għajruni għax trans.  Naħseb li dan hu moviment li qed mal-Ewropa u għandna niqfulhom b'kull mod."

    Tkompli tgħid li "jien mhux se nibża. Imma persuna trans mhux faċli tgħix ħajjitha. Jekk tkun dgħajjef dawn it-tip ta' attakki jistgħu jaffettwawk ħażin."  Alex Caruana hi parti mill-Moviment Graffitti. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0