Le, ir-Rialto mhux se jinbidel f'moskea!

  • Mar 28, 2016 13:56
  • Miktub minn Claudio Coleiro

    Kmieni dalgħodu, mat-teatru Rialto ta’ Bormla twaħħlet “applikazzjoni“ tal-MEPA, li mal-ewwel daqqa t’għajn diversi residenti ħasbu li kienet ġenwina, biex tinnotifika lill-pubbliku bl-iżvilupp li kien se jsir f’dan il-post. Fuq din l-applikazzjoni kien hemm miktub li r-Rialto kien se jinbidel f’moskea.

    Din l-aħbar ġriet bħal leħħa ta' berqa fuq is-siti soċjali u f'kemm trodd salib qanqlet diversi reazzjonijiet mingħand il-pubbliku. Madanakollu, jirriżulta li din kienet biss ċajta. 

    Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, fuq is-sit soċjali tiegħu għamel referenza għal numru ta’ telefonati, posts u messaġġi li huwa rċieva dwar dan. Huwa saħaq li n-notifika li twaħħlet mar-Rialto ma kinitx veritiera. 

    Ta’ min wieħed jinnota li fejn fl-applikazzjoni suppost ikun hemm miktub is-sena, kien hemm in-numru 375B. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook