Stuffat tal-braġoli

  • Mar 28, 2016 00:34
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    Għall-braġoli:

    4 dawriet kbar laħam taċ-ċanga, madwar 500g b’kollox

    250g kapuljat tal-majjal u ċanga mħallat

    2 bajdiet, imħabbtin ħafif

    2 mgħaref ġobon tal-ħakk

    2 mgħaref tursin frisk, imqatta’ rqiq

    2 sinniet tewm, imqattgħin irqiq

    ½ kuċċarina paprika ffumigata

    melħ u bżar mitħun frisk

    mgħarfa żejt veġetali

    Għall-istuffat:

    2 basliet kbar, imqattgħin irqiq

    4 sinniet tewm, imqattgħin

    200g piżelli tal-friża (tista’ tuża wkoll friska)

    3 mgħaref kunserva

    200ml inbid aħmar

    300ml stokk taċ-ċanga

    qxur tal-lumi maħkuk

    2 werqiet rand

    ¼ ta' kuċċarina paprika ffumigata

    ¼ ta' kuċċarina mixed spice

    ¼ ta' kuċċarina msiemer tal-qronfol mitħunin

    ¼ ta' kuċċarina trab tal-kannella 

    niskata noċemuskata maħkuka friska

    melħ u bżar mitħun frisk

    Metodu:

    Biex tipprepara l-braġoli: Fi skutella ħallat flimkien l-ikkapuljat, il-bajd, il-ġobon, it-tursin, it-tewm u l-paprika, u melħ u bżar kemm tiggosta. Ifrex il-biċċiet taċ-ċanga ċatti u qassam it-taħlita bejniethom, mingħajr ma tasal sat-truf. Imbagħad ilwi l-ġnub ’il ġewwa u gerbeb iċ-ċanga b’kollox f’romblu. Agħlaq sew kull romblu b’toothpick. Saħħan iż-żejt f’taġen kbir fuq nar moderat u xawwat il-braġjoli mad-dawra kollha. Poġġi l-braġoli f’kazzola baxxa.

    Biex tagħmel iz-zalza għall-istuffat: Fl-istess taġen żid il-basal u qalli sakemm isir trasparenti. Imbagħad żid it-tewm u qalli għal 2 minuti oħra. Żid il-kunseva u ħawwad għal 2 minuti, imbagħad ferra’ l-inbid u ħallih jinġibed ftit. Żid l-istokk u l-piżelli. Kif it-taħlita tibda tagħli, żid il-ħwawar kollha, melħ u bżar kemm tiggosta, u l-qxur taċ-ċitru maħkuk. Poġġi l-weraq tar-rand fuq il-braġjoli, imbagħad ferra’ z-zalza fuq kollox fil-kazzola. Il-braġoli għandhom ikunu mgħarrqin fiz-zalza.

    Għatti l-kazzola u poġġiha fuq nar moderat sakemm l-istuffat jiftaħ jagħli, imbagħad baxxi n-nar għal bati u ħallih itektek għal bejn siegħa u kwart u siegħa u nofs. Kull tant ħin ċaqlaq ftit il-braġjoli mill-qiegħ u dawwarhom biex ma jeħlux. Jekk tara li z-zalza qed tixxotta wisq żidha ftit misħun, u jekk f'nofs sajran tkun immerrqa żżejjed ħalli l-għatu tal-kazzola mbexxaq.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0