Dun Kixott iżur il-fiera tal-ktieb fl-Università

  • Mar 25, 2016 00:26
  • Miktub minn iNews
"

    Dun Kixott mill-Manċa, it-traduzzjoni bil-Malti f’forma ta’ għanja ta’ Pawlu Montebello mill-Ispanjol ta’ Miguel Cervantes, se jkun imniedi uffiċjalment waqt il-Fiera tal-Ktieb tal-Università bejn 5-7 ta’ April.

    SKS (Sensiela Kotba Soċjalisti) qed jippubblikaw dan il-kapolavur letterarju biex ifakkru l-400 sena mill-mewt ta’ Miguel Cervantes. Pawlu Montebello (1905-2005) kien għamel din it-traduzzjoni fil-bidu tas-snin tmenin u kienet miżmuma fil-kollezzjoni privata tal-ġurnalist Anton Cassar li miet sentejn ilu. Din l-edizzjoni hija illustrata bl-inċiżjonijiet li Gustave Dorè kien għamel fl-1860 għal edizzjoni Franċiża ta’ Don Quihote.

    Il-pubblikazzjoni tiswa €20 iżda se tinbiegħ bil-prezz speċjali ta’ €15 fil-Fiera tal-Università. SKS se tbigħ rumanzi u novelli tal-aqwa kittieba Maltin bi prezzijiet imnaqqsa f’dil-fiera  waqt li r-rumanz  klassiku ta’ Frans Sammut, Il-Ħolma Maltija, se jingħata b’xejn ma’ kull ktieb li jinxtara waqt il-Fiera. Id-dħul għall-Fiera huwa b’xejn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0