'Titanium Man' iservi ta' kuraġġ għal ħaddieħor

  • Mar 24, 2016 00:56
  • Miktub minn Melvic Zammit

    Wara tliet operazzjonijiet maġġuri f’rasu, illum jagħti kuraġġ lil ħaddieħor. Tliet snin ilu, meta Jacob Cachia kellu ħmistax-il sena, instab li kellu meningoencephalitis, infezzjoni serja f’moħħu. Wara l-operazzjoniet, parti mill-iskutella ta’ ras iż-żagħżugħ ġiet mibdula b’materja tat-tip titanju, tant li llum huwa magħruf bħala ‘Titanium Man’.

    F’kummenti li tana, iż-żagħżugħ irrakkonta kif f’Jannar tal-2013 instab li għandu infezzjoni f’moħħu b’riżultat tas-sinus. Wara li għamel ħamest ijiem jieħu l-antibajotiċi, Jacob tawh diversi fits u ttieħed fid-Dipartiment tal-Emerġenza bil-għan li jsirlu MRI. Irriżulta li kellu infezzjoni fil-parti x-xellugija ta’ moħħu.  

    Fl-ewwel operazzjoni t-tobba neħħewlu parti mill-iskutella ta’ rasu biex ikunu jistgħu joperawh u jneħħulu l-infezzjoni. 

    Sfortunatament inqalgħu diversi kumplikazzjonijiet tant li ftit ġimgħat wara, f’temp ta’ ftit jiem, sofra żewġ emoroġiji u diversi blood clots. Wara xhur ta’ qtugħ il-qalb u ħafna tensjoni, il-kirurgi rnexxielhom isibu tarf. Fl-aħħar intervent, li sarlu f’Marzu ta’ sentejn ilu, poġġewlu titanju minflok il-parti li neħħewlu.  

    Jacob qalilna li ma kienx jistenna li se jgħaddi minn dan kollu. Dak iż-żmien, l-inkwiet tiegħu kellu jkun jekk jgħaddix mill-O Levels u mhux jekk isalvax mis-sitwazzjoni li sab ruħu fiha. Minkejja l-qtugħ il-qalb, iż-żagħżugħ għadda minn dan is-saram b’wiċċ il-ġid.  

    Wara terapija intensiva rnexxielu jerġa’ jibda jimxi mill-ġdid u qed jagħmel progress kbir. Huwa rritorna lejn l-iskola, irrepeta l-ħames sena tas-sekondarja u għadda mill-eżamijiet tal-livell ordinarju. Illum jagħmel kors fin-Negozju u l-Kummerċ fl-MCAST. 

    Il-familja ta’ Jacob ħadmet fil-qrib mal-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei biex ikun hemm spazju adegwat fejn il-pazjenti rikoverati l-isptar ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin mal-klieb tagħhom. “Il-proġett ġie approvat. Bħalissa qegħdin niġbru l-fondi. F’għaxart ijiem ġbarna ftit iżjed minn €10,000. Is-somma s’issa laħqet il-€15,365,” qalilna Jacob b’sodisfazzjon u bi tbissima sinċiera. 

    “Meta kont jien kont l-isptar ġabuli l-kelb tiegħi u ħassejtni tajjeb ħafna. Servieni ta’ terapija.”

    Iż-żagħżugħ għandu sit fuq l-internet: www.titaniumman.com.mt.  Hawnhekk wieħed isib informazzjoni dwar dak li għadda minnu u l-proġġetti li għandu f’moħħu. Bil-għan li jagħti appoġġ lil dawk li qegħdin jesperjenzaw xi mard, Jacob u ommu Sharon fetħu paġna fuq il-Facebook bl-isem ta’ ‘Survivors Malta.’ 

    Ritratt u filmat: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook