Arancini b'mili tat-tiġieġ

  • Mar 24, 2016 00:50
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    300g ross 

    basla mqattgħa

    litru stokk

    40ml żejt taż-żebbuġa

    200g mozzarella

    160g kapuljat tat-tiġieġ

    2 bajdiet

    150g polpa tat-tadam

    ftit origanu

    żejt biex taqli

    dqiq

    frak tal-ħobż

    melħ

    Metodu:

    Saħħan ftit żejt ġo taġen fuq nar medju u sajjar il-basla sakemm tismar. Żid 100g polpa u l-origanu. Żid ir-ross u ħallih jimmarina. Żid l-istokk ftit ftit, dejjem ħawwad, sakemm ikollok risotto niexef. 

    Neħħi minn fuq in-nar u żid bajda sħiħa. Ferrex ir-ross fuq dixx biex jiksaħ.

    Sajjar il-kapuljat tat-tiġieġ ġo taġen b'mgħarfa żejt u poġġih ġo skutella. Żid mozzarella u l-kumplament tal-polpa.

    Poġġi daqs mgħarfa ross f'idek, poġġi ftit mit-taħlita tal mili  fin-nofs u agħmel ballun bil-mili fin-nofs. Kompli b'dan il-mod. Ħabbat bajda. Poġġi l-blalen, wieħed wieħed, fid-dqiq sabiex tiksihom; billhom fil-bajd u iksi bil-frak tal-ħobż. 

    Aqli f'ħafna żejt sakemm jismaru u jsiru jqarmċu. Servihom sħan.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook