Aġġornat: Jistgħu ma jiddiskutux il-mozzjoni ta' JPO?

  • Lul 14, 2012 13:00
  • Miktub minn
"

    F’ittra ppubblikata dalgħodu, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista qalet li d-deputat Jeffrey Pullicino Orlando mhux qiegħed jaġixxi "in bona fide". Skont Portelli, id-deputat Nazzjonalista ma żammx ma’ dak miftiehem fil-proċedura li qiegħda tirregola l-mozzjoni tiegħu li titlob it-tkeċċija ta’ Richard Cachia Caruana mill-Partit Nazzjonalista.

    "Tifhem li dan l-aġir mhux aċċettabbli u jmur għal kollox kontra l-ispirtu li qbilna fuqu fl-Eżekuttiv, jiġifieri li fil-każ kollu għandhom jiġu rispettati il-prinċipji ta’ ġustizzja naturali fejn l-akkużat għandu jingħata d-dritt li jagħmel id-difiża tiegħu bl-iktar mod xieraq biss skond akkużi definiti u ċari," żiedet Portelli.

    Fl-ittra tagħha Portelli indikat li l-amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet li jaħseb li huma meħtieġa fiċ-ċirkostanzi. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista qalu ma’ inewsmalta.com li fiċ-ċirkostanzi waħda mill-ikbar possibiltajiet hija li l-mozzjoni tiegħu ma tkunx diskussa.”

    Mitluba tikkumenta dwar dan Portelli insistit li l-ittra tagħha hija ċara. “Iżda, l-ittra tiegħek ma tgħidx x’inhuma d-deċiżjonijiet li jista’ jieħu l-amministrattiv. Tikkonferma li waħda minnhom tista’ tkun li ma tiddiskutux il-mozzjoni?” staqsa inewsmalta.com.

    Għal din il-mistoqsija Portelli reġgħet stqarret li l-ittra tagħha hija ċara u li issa għandu jkun l-amministrattiv li jieħu d-deċiżjonijiet li jmiss.

    Il-Kunsill Amministrattiv huwa l-organu tal-Partit Nazzjonalista li nhar il-Ħamis ippropona lill-Kumitat Eżekuttiv biex id-deputat Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett u Franco Debono jerġgħu ma jikkontestawx l-elezzjoni. Deċiżjoni li laqtet l-iktar lil Debono hekk kif it-tnejn l-oħra kienu diġa’ esprimew ix-xewqa li ma jkunux kandidati fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

    "Ma nistax nifhem" - JPO

    Jeffrey Pullicino Orlando wieġeb għall-akkużi ta' Portelli billi qal li ma jistax jifhem ir-raġunament wara l-imejl mibgħuta minnha. "Inħoss li mxejt ma' dak mitlub mill-Kunsill Amministrattiv billi sal-bieraħ bgħatt l-imejl fejn irbat il-ħames xhieda mal-akkużi relevanti," qal Pullicino Orlando.

    Hu żied jgħid li wara kien mitlub biex jispjega iktar dettall l-akkużi u li issa kien fil-proċess li jagħmel dan. Hawn irrefera għall-imejl dwar Joe Mizzi ppubblikata dalgħodu. Pullicino Orlando fakkar kif Mizzi għamel l-akkużi tiegħu 48 siegħa ilu meta kien qiegħed jieħu sehem fi programm, fil-preżenza ta' David Agius, u sa issa Cachia Caruana għadu ma weġibx għalihom.

    "Issa li qiegħed inħossni inċert dwar xi trid mingħandi mhux se nibgħat iktar dettalji b'rabta max-xhieda l-oħra," tenna Pullicino Orlando.

    "Se nissostanzja dak li għidt fil-laqgħa ta' nhar it-Tlieta, li fiha nistenna wkoll li jixhdu x-xhieda. Wara kollox dak huwa l-forum xieraq biex ikunu diskussi affarijiet bħal dawn," temm JPO.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2