Torta Pasqualina

  • Mar 20, 2016 00:43
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    2 mgħaref żejt taż- żebbuġa

    basla mqattgħa

    kilo spinaċi u kale imħalltin

    ponn tursin frisk 

    niskata all spice

    ftit noċemuskata 

    250g irkotta 

    140g ġbejna maħkuka

    100g cheddar mahkuk

    9 bajdiet (5 minnhom mgħollijin)

    melħ u bżar 

    1/4 ta' kuċċarina hwawar nexfien imħalltin 

    2 imgħaref ħall tat-tuffieħ

    pakkett għaġina filo

    Metodu:

    Ġo taġen sajjar il-basla fi żejt taż-żebbuġa. Ismot l-ispinaċi u l-kale billi tferra’ l-misħun fuqhom u ħallihom jegħrqu għal 5 minuti. Poġġihom ġo passatur u saffi l-ilma. Poġġi l-weraq ġo sarvetta nadifa u agħsarhom kemm jista’ jkun. Uża hand blender biex titħanhom. 

    Ġo skutella kbira poġġi t-taħlita tal-weraq, żid il-ġbejna maħkuka, iċ-cheddar, il-ħwawar imħalltin, il-ħall tat-tuffieħ, melħ u bżar, all spice, noċemuskata u l-irkotta u ħawwad. Żid 4 bajdiet. Ħawwad sew. 

    Qaxxar il-bajd mgħolli.

    Iftah il-pakett tal-filo pastry. Idlek landa tal-kejkijiet jew torti biż-żejt taż-żebbuġa billi tuża pinzell. Iksi b’folja tal-filo, idlek biż-żejt taż-żebbuġa u rrepeti (jiena nuża tliet folji).

    Poġġi t-taħlita tal-mili fuq l-għaġina. Imbagħad poġġi l-bajd iebes u mbuttah ġewwa fil-mili. Iksi l-wiċċ billi titwi l-għaġina u jekk hemm bżonn poġġi saff ieħor fuq il-wiċċ. Idlek biż-żejt taż-żebbuġa. Ferrex ftit ġunġlien. Sajjar ġo forn sħun (150 grad Celcius) għal 40 minuta. Ħalliha tiksaħ kompletament qabel ma sservi biex il-bajd iebes ikun jidher sew. Tista’ sserviha sħuna jew kiesħa.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Felix Cesare

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0