Palazz 'Beppe' fiċ-ċentru ta' skandlu

  • Mar 16, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li lbieraħ mill-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista issemma kif kienu se jinħarġu dettalji dwar kif il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech  Adami sar miljunarju kbir, L-ORIZZONT illum qed jgħid li jinsab infurmat li dan jirrigwarda l-palazz li l-istess Beppe Fenech Adami għandu fil-Għargħur.

    L-ORIZZONT jgħid li din hija binja ta' kobor enormi b'pixxina kbira u bi ġnien kbir, li dwarha hemm fatti li jistonaw bil-kbir u li żgur li jimmeritaw spjegazzjonijiet mill-istess Beppe Fenech Adami. Skont il-ġurnal, il-binja tistona sew mad-djar li hemm fil-viċinanzi u se tkun qed titfa' dawl ġdid ta' kif Beppe Fenech Adami allegatament sar miljunarju.

    Kollox qed jindika li madwar din il-binja hemm allegat skandlu sħiħ, li dwaru ilhom jagħmlu mistoqsijiet residenti li joqgħodu fl-istess inħawi, ikompli L-ORIZZONT.

    F'rapport li xxandar ilbieraħ fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista intqal li se jkunu żvelata dettalji ta' kif il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sar miljunarju kbir. 

    Ir-rapport kien jgħid li Beppe Fenech Adami sar miljunarju kbir bis-saħħa ta' deċiżjonijiet  dubjużi u li jqanqlu suspetti ta' allegati abbużi fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

    Intqal li f'dan l-iskandlu kbir li fiċ-ċentru tiegħu mhux biss hemm Beppe Fenech Adami, iżda hemm persuni oħra li okkupaw uħud mill-ogħla karigi fil-pajjiż, b'uħud minnhom għadhom fid-dinja politika sal-lum. 

    Fir-rapport intqal li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, jiddikjara li għandu miljun ewro fi flus kontanti u bonds. Biss fil-verità ġidu hu stmat li jiswa ferm aktar minn hekk. Fl-aħħar jiem, Beppe Fenech Adami kien sfidat aktar minn darba biex joqgħod għal tax audit, iżda sa issa hu għadu ma aċċettax din l-istedina. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0