L-ewwel attività skolastika tal-Kunsill Malti dwar is-Sigurtà fit-Toroq

  • Mar 15, 2016 23:46
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi attenda għall-ewwel attività tax-xorta tagħha li l-Kunsill Malti dwar is-Sigurtà fit-Toroq se jibda jorganizza fi skejjel differenti, attività mmirata biex l-istudenti jitgħallmu x’inhi l-funzjoni u l-irwol ta’ dan il-Kunsill.

    F’introduzzjoni qasira lill-istudenti tal-Kulleġġ St Nicholas fir-Rabat, il-Ministru Joe Mizzi qal li dan is-suġġett ma jinvolvix biss sewwieqa ta’ karozzi, iżda wkoll ċiklisti u kif ukoll lil dawk li jużaw it-triq bil-mixi u għalhekk huwa importanti ħafna li t-tfal, sa minn meta jkunu għadhom żgħar, jitgħallmu x’inhuma r-regolamenti tat-toroq tagħna.

    Huwa appella lill-istudenti biex iwasslu l-messaġġ lil ta’ madwarhom biex jiġu osservati r-regolamenti tat-traffiku, biex b’hekk tkun qed titħares is-sigurtà ta’ kull min juża t-triq.

    Huwa qal li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu u li fil-fatt, fix-xhur li għaddew, twaqqaf il-Kunsill Malti dwr is-Sigurtà fit-Toroq (Malta Road Safety Council), iffurmat minn persuni li ġejjin minn oqsma differenti, fosthom persuni li jaħdmu l-Isptar, oħrajn li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, rappreżentanti ta’ persuni b’diżabilità, rappreżentati ta’ għaqdiet taż-żwiemel, u ta’ kumpaniji tal-assikurazzjoni fost orħajn.

    Fi tmiem l-intervent tiegħu, il-Ministru ssuġerixxa biex fuq il-Kunsill ikun hemm ukoll rappreżentanti tal-iskejjel li jitkellmu f’isem l-istudenti, biex anke huma jkunu jistgħu jressqu s-suġġerimenti tagħhom, li mbagħad jiġu evalwati fi ħdan il-Kunsill.

    Il-Ministru temm jgħid li l-Kunsill diġà ħa sehem u organizza kampanji edukattivi dwar is-sigurtà fit-toroq, u li teżisti wkoll mobile application biex sewwieqa jiġu informati fuq il-kundizzjonijiet tat-toroq u liema toroq għandhom jevitaw. Huwa appella wkoll li r-regolamenti qegħdin hemm għal kulħadd.

    Ritratt: DOI Pierre Sammut

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0