Ix-xogħol fuq triq fiż-Żejtun għadu ma bediex

  • Mar 15, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ix-xogħol biex jiġi rranġat il-wiċċ ta' Triq Alfredo Cachia Zammit fiż-Żejtun għadu ma bediex billi l-ewwel irisu jsiru xogħlijiet infrastrutturali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

    Meta kien qed iwieġeb mistoqsija dwar din it-triq li saritlu mid-Deputat Laburista Etienne Grech, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, qal li x-xogħlijiet li jridu jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’din it-triq jikkonsistu fi tqegħid ta’ mejnijiet tal-ilma u meded ta’ drenaġġ.

    F'April tas-sena li għaddiet, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi, kien qal li l-kuntratt tax-xogħol għal din it-triq kien għadu kemm ġie ffirmat. Kien qal ukoll li fil-jiem ta' wara, Transport Malta kienet se tikkordina mal-entitajiet u l-Kunsill Lokali biex fil-ġimgħat ta' wara jibdew ix-xogħlijiet. Il-Ministru Mizzi dakinhar kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari oħra tad-Deputat Laburista Etienne Grech.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0