Bejtiet tal-cornflakes

  • Mar 15, 2016 00:25
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    100g ċikkulata tal-ħalib

    50g butir

    2 mgħaref għasel jew golden syrup

    150g cornflakes bla glutina, imkissrin

    bajd taċ-ċikkulata żgħir, ikkulurit

    Metodu:

    Kisser iċ-ċikkulata u poġġiha fi skutella mal-butir u l-għasel jew golden syrup.

    Poġġi l-iskutella fuq kazzola bil-misħun (banju marija) mingħajr ma tmiss mal-ilma, u ħawwad sakemm l-ingredjenti jinħallu u jkollok taħlita lixxa.

    Neħħi l-iskutella minn fuq il-misħun u żid il-cornflakes. Ħawwad sakemm jinksew kollha biċ-ċikkulata.

    Poġġi 12-il forma tal-karti fit-toqob ta’ bun tin.

    Aqsam it-taħlita bejn it-12-il forma u ffurmalhom kemxejn ta' ħofra fin-nofs tagħhom.

    Poġġihom fil-friġġ għal 30 minuta biex jagħqdu. Poġġi 2-3 bajdiet f’kull 'bejta'.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0