Bejn 'proġetti' u l-'jum-wara-jum'

  • Mar 15, 2016 00:24
  • Miktub minn iNews
"

    Waqtiet naqra dwar inizjattivi li jsiru, li jkollhom aktar minn 'event' milli minn 'proċess'. Hekk, ngħidu aħna, it-tfal fl-iskejjel, ħafna drabi jintalbu jagħmlu xi tip ta' eżerċizzju, proġett, eċċ., li mbagħad jieqaf fuq ruħu.  

    Issa kif nafu, huwa l-'proċess', aktar milli l-'event' waħdu li jagħmel it-tagħlim. Ovvjament, fil-mira jrid ikun hemm xi tip ta' għan. Wieħed minn dawn l-għanijiet, ħafna darbi jkunu l-'eżamijiet' -- l-istess bħall-paga fl-aħħar tax-xahar.

    Għaldaqstant nemmen li fejn tidħol ix-Xjenza din trid tiġi parti mill-programmi b'eżami fil-kurrikula sa mill-Primaja. Ovvjament, hawnhekk nifhem ngħid il-Metodu Xjentifiku, jiġifieri, il-mod kif wieħed jasal għal xi tip ta' 'konklużjoni', li tista' tiġi 'iffalsifikata', permezz ta' metodi 'sistematiċi'.

    Sadattant, ħa niċċelebraw xi 'avveniment' partikolari. Ta' darba. Bil-parafernalja kollha. U min jaf kemm ikun ġie jiswa.

    Naħseb. (Nista' m'għandix raġun.)

    Bejn il-klassi u d-dinja 

    Fil-klassi, fl-iskola, mat-tfal aktarx iva milli le, ngħallmu b'xi mod jew ieħor xi tip jew ieħor ta' 'valur' -- anke, jekk din il-kelma llum saret 'tabù' għal ħafna, minħabba li kollox qiegħed ikun 'xjentifiku', 'dispassjonat' u 'politikament korrett'.

    Sadattant, fid-dinja ta' barra l-midja soċjali, b'mod speċjali dawk li hija f'idejn min għandu ismu jgħajjat, f'termini ta' nfiq il-flus il-poplu, il-lingwa użata, ħafna drabi tkun waħda li xejn ma tirrifletti 'valuri', anke jekk nifhem li valuri hemm.

    Madankollu, jista' jiġri wkol li l-kelma 'valuri', illum il-ġurnata, tinħass 'arkajka' għal ħafna. U għaldaqstant hija dissonanti wkoll, għal xi wħud.

    Imma din hija opinjoni biss. U xejn aktar.

    Malta u d-dinja 

    Bħal qisu Malta ma tipproduċixxix biżżejjed nies 'bravi', 'bilgħaqal', 'kapaċi', u li kapaċi jmexxu lil dawn il-ftit eluf. Għaldaqstant għal Prim Ministru, Kap tal-Oppożizzjoni u Arċisqof, immorru barra minn Malta, x'imkien fl-Unjoni Ewropea jew il-Vatikan.

    Imma, possibbli, li min jgħix hawn Malta, qatt ma jista' jilħaq ħila/ħiliet f'dik li hija tmexxija. Jew in-Nemo profeta accipitur, hija wisq aktar minn vera.

    Ovvjament, dan tiegħi, huwa biss xi ħaġa li osservajt.

    Mistoqsijiet fil-karti tal-eżamijiet 

    Żewġ kelmiet li nagħmlu mat-'tfal'/'studenti' huma l-kelma 'reliability', u 'validity'. Dawn iż-żewġ kelmiet tfisser kemm 'karta ta' eżami', fost ħwejjeġ oħra tkejjel dak li għandha tkejjel, u tagħti l-istess riżultati, fi żminijiet differenti, jekk dejjem tkun valida u ta' min joqgħod fuqha.

    Madankollu, waqtiet, meta nara xi karti tal-eżamijiet, jgħaddili minn moħħi, li dawn il-kriterji, u dik li tissejjaħ l-ispeċification grid -- il-gradilja tal-ispeċifikazzjonijiet -- mhux dejjem jiġu segwiti, kemm għandhom jiġu segwiti.

    Imma, din tiegħi, hija biss osservazzjoni, u bl-ebda mod ma trid titfa' xi tip ta' dell fuq xi karta ta' eżami jew ieħor. 

    Tarċisju Zarb huwa għalliem, kittieb u ideatur ta' għadd ta' strateġiji ta' tagħlim-tgħallim, li jqatta' l-ħin tiegħu jaħseb, jikteb, jgħallem u jagħmel xi passejn f'xi triq. Il-programm tiegħu huwa wieħed sempliċi -- ibiddel dak li jaqra, jifhem u jintuwixxi, f'xi tip ta' tagħlim -- b'hekk jgħix hu u jgħajjex lill-istudenti li jieħdu gost jifhmu r-realtà li ngħixu fil-ħajja ta' kuljum. L-interessi tat-tagħlim tiegħu huma fil-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Soċjoloġija, il-Psikoloġija u l-Oqsma tal-Għerf. Hawnhekk huwa qiegħed jaqsam xi wħud mill-ħsibijiet tiegħu mal-qarrejja ta' inewsmalta.com. J'Alla l-ġid. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0