Eleganza assoluta minkejja vjaġġ twil

  • Mar 13, 2016 19:33
  • Miktub minn iNews
"

    Anke jekk ma tkunx dilettant tal-għasafar, ma tistax ma tammirax il-ġmiel, l-eleganza u s-simetrija perfetta ta' din it-tajra li lbieraħ filgħodu, flimkien ma' oħra tal-istess razza, kienet qed tgawdi l-ambjent tar-Ramla l-Ħamra f'Għawdex.

    Iż-żewġ għasafar, tar-razza Fra Servjent, ġibdu l-attenzjoni ta' kull min inzerta fil-bajja dak il-ħin, kemm minħabba l-kuntrast sabiħ fl-ilwien ta' ġisimhom, ġwenħajhom u saqajhom, kif ukoll għax mhux daqstant komuni li dawn l-għasafar tarahom f'Malta u Għawdex. Huma mxew għal ftit fuq ir-ramel, qrib ħafna tal-ilma, imma dehru komdi l-aktar jittajru fuq il-baħar.

    Minn tagħrif li ksibna, jidher li ż-żewġ tajriet niżlu f'pajjiżna wara li bdew il-vjaġġ tagħhom minn Bologna fl-Italja. Waħda minnhom kienet liebsa ċurkett, li rriżulta li twaħħal minn Stefano Volponi li jgħix f'Isprambiente, l-Italja. Huwa ġie infurmat li l-għasafar jinsabu f'pajjiżna. Xena bħal din tikkonferma x-xogħol importanti li jagħmlu l-għaqdiet ornitoloġiċi.

    Ritratti: Ian Noel Pace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0