Id-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni fost is-'sigrieti' tal-Vatikan... Il-Bormliżi bl-opportunità li jaraw il-kopja awtentika

  • Mar 13, 2016 00:13
  • Miktub minn Melvic Zammit
"

    Fost 25 manuskritt mill-Arkivji Sigrieti tal-Vatikan, li jinsabu esposti llum fil-Palazz ta’ Verdala, hemm il-kopja awtentika tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni. 

    Fi tmiem l-1854, il-Papa Piju IX iddikjara l-“Konċepiment Immakolat tal-Gran Verġni” bħala Domma tal-Fidi Kattolika. Din tinsab miktuba fuq il-pergamena u ssiġġillata b’pendent tal-ħarir fil-forma ta’ kurdiċella safra u ħamra mmaljata.

    Il-Bormliżi, devoti tal-Immakulata Kunċizzjoni, flimkien m’oħrajn l-għandhom għal qalbhom l-istorja, għandhom l-opportunità jżuru din il-wirja biex igawdu dawn ir-rikkezzi. 

    Il-manuskritti u dokumenti, li nħarġu mill-Vatikan għall-ewwel darba, ikopru 1,000 sena ta’ storja (1075 -1961) u jinkludu l-atti ġuridiċi ta’ meta l-Inkwiżizzjoni Rumana akkużat lill-famuż xjentist u astronomu Galileo Galilei b’ereżija. Il-ġuri seħħ f’Ruma bejn l-1616 u l-1633. Galileo kien kostrett li jiċħad il-veritajiet li kien skopra, inkluż li d-dinja ddur max-xemx u mhux viċi versa, biex isalva ġildu. 

    Insibu wkoll manuskritt dwar il-bidu tal-Ordni ta’ San Franġisk, u l-iskomunika ta’ Luteru. Hemm esebita wkoll ittra ffirmata minn Michelangelo. Fiha jagħmel talba għal għajnuna finanzjarja biex ikun jista’ jkompli x-xogħlijiet fil-Kappella Sistina. 

    F'din il-wirja, li se tkun miftuħa llum bejn id-9.30 a.m. u s-6.00 p.m., hemm 1,100 ktieb li l-Librerija tal-Vatikan tat lill-President ta’ Malta. Dawn se jinbiegħu bi prezzijiet issussidjati u l-qligħ se jmur għall-Malta Community Chest Fund. 

    F’kummenti li tana, id-Direttur Editorjali tal-Librerija tal-Vatikan, Fr Edmund Caruana, spjega li kull pubblikazzjoni maħruġa mis-Segretarjat ta’ kull Papa, inkluż id-diskorsi, l-enċikliki u l-ittri, jgħaddu mill-għarbiel ta’ dan l-organu tal-Knisja qabel ma jiġi ppubblikat. 

    Min-naħa tagħha, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, qalitilna li bħalissa qiegħda tiġi kkunsidrata l-possibilità biex il-wirja ssir fil-belt kapitali bil-għan li tilħaq iżjed nies. Iżda s’issa mhemm xejn minn dan ikkonfermat. 

    “Hija x-xewqa tiegħi li l-pubbliku mhux biss jitgħaxxaq bil-manuskritti esebiti, imma li dawn jiswewh biex japprezza l-kisbiet kulturali tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna,” qalet il-President. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0