Ippremjati l-Ħaddiem u t-Tim tas-Sena fl-Isptar Monte Carmeli

  • Lul 14, 2012 11:59
  • Miktub minn
"

    Waqt l-għoti tal-Premju Ħaddiem tas-Sena u Premju Tim tas-Sena organizzat mill-Isptar Monte Carmeli lbieraħ, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qal li sfortunatament is-soċjetà tagħna bniet diversi teoriji, ideat u stigma dwar il-mard mentali, mhux biss ma’ dawk li jsofru bi problemi mentali iżda anke ma’ dawk il-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam.

    Semma diversi nies li huma famużi u li kienu jbatu minn dipressjoni. Minkejja dan xorta għamlu suċċess f’ħajjithom. Fosthom Isaac Newton, Ludwig Van Beethoven u l-President Amerikan Lincoln. Barra minn hekk, ma naqasx li jsemmi wkoll l-esperjenza personali tiegħu li tkellem dwarha biex in-nies jagħrfu li dan il-mard jista’ jolqot lil kulħadd.

    Intant, waqt din l-attività tkellem ukoll il-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar li qal li kulħadd jista’ jagħmel differenza kbira fil-kwalità ta’ ħajja li jgħixu ta’ madwaru. Bil-kliem, bil-mod kif iġġib ruħek, kollox jista’ jgħin persuna anke bla ma nkunu nafu. Però, dan jista’ jaħdem ukoll bil-kontra u ġieli nistgħu anke nkissru persuna.

    Il-Ministru qal li minkejja l-avvanz li sar fil-kura tas-saħħa mentali, l-avvanz irid ikun ukoll min-naħa tagħna billi nedukaw lilna nfusna bl-edukazzjoni tal-umanità li jfisser li nirrispettaw lil xulxin u ngħinu bl-aġir tagħna.

    Wara li ntemmu dawn id-diskorsi mbagħad ingħataw il-premjijiet fejn għas-sena ta’ ħidma 2011, ir-rebbieħa tal-Premju Ħaddiema tas-Sena kienet Carmen Attard li hi infermiera inkarigata mis-Sala 8B tal-Irġiel. Attard uriet ħeġġa konsistenti biex tiżviluppa viżjoni ċara għas-sala fejn taħdem, filwaqt li taħdem biex hi, flimkien mat-tim tagħha jtejbu l-livell ta’ servizz lill-pazjenti tagħhom. Fl-imgħoddi hi wettqet ħafna xogħol volontarju ma’ nies bi bżonnijiet kbar.

    Il-Premju Tim tas-Sena din is-sena ntrebaħ mit-tim tas-Support Services tal-Isptar Monte Carmeli. Dan it-tim jieħu ħsieb diversi xogħlijiet essenzjali għall-isptar bħat-tindif, il-kura tal-ġonna, it-trasport u servizzi oħrajn li huma importanti għall-kura tal-klijent.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0