Stir fry ta' malajr

  • Mar 10, 2016 12:36
  • Miktub minn iNews
"

    Ingredjenti:

    mgħarfa żejt

    500g ċanga mqattgħa (staqsi lil tal-laħam biex jirrakkomandalek laħam xieraq għal stir fry)

    1/2 kikkra soy sauce

    2 mgħaref cornflour

    2 sinniet żgħar tewm, maħkukin

    mgħarfa għasel

    kuċċarina ginger maħkuk

    mgħarfa żejt tal-ġulġlien 

    niskata chili (mhux obbligatorju, jekk jogħġbok l-ikel pikkanti biss)

    1/2 kikkra stokk 

    1/2 brokkola maqsuma fi fjoretti, imsajrin fuq il-fwar

    150g faqqiegħ imsajjar

     

    Metodu:

     

    Ħallat flimkien is-soy sauce, il-cornflour, u l-għasel sakemm jinħall il-cornflour. Qatta' ċ-ċanga fi strixxi żgħar ħafna.

     

    Ġo taġen kbir saħħan iż-żejt u sajjar il-laħam sakemm isir kannella. Imbagħad baxxi n-nar, u żid it-tewm, il-ginger u ċ-chili jekk se tużah. Ħawwad u sajjar għal 2 minuti. Żid nofs il-faqqiegħ imsajjar, sajjar għal minuta u mbagħad żid it-taħlita tal-cornflour u wara l-istokk. Ħawwad fuq sħana baxxa sakemm it-tahlita tibda tagħqad. Żid 2 mgħaref ilma jekk hemm bżonn u rrepteti sakemm ikollok konsistenza tajba. Imbagħad żid il-brokkoli u l-bqija tal-faqqiegħ.

     

    Servi mal-ħaxixa pak choi u mar-ross. Ferra' ftit qtar żejt tal-ġulġlien qabel isservi.

     

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

    Ritratt: Felix Cesare

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0