Soppa tal-ispraġ aħdar

  • Mar 08, 2016 11:28
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    200g spraġ aħdar, maħsul u mqatta'

    patata mdaqqsa, imqaxxra u mqattgħa

    basla żgħira, imqattgħa

    sinna tewm żgħira, imqattgħa

    dada tal-istokk maħlula ġo ftit ilma

    2 mgħaref Mascarpone

    150ml ħalib xkumat

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    Parmegiano Reggiano maħkuk

    bżar mitħun frisk u melħ

    Metodu:

    Ġo borma poġġi l-basla, it-tewm u l-patata fiż-żejt taż-żebbuġa fuq nar baxx. Ħawwad għal żewġ minuti u żid l-istokk. Żid ilma biżżejjed biex tiksi l-ħaxix. Meta jibda jagħli baxxi n-nar u ħallih itekek sakemm il-patata tirtab. Neħħi minn fuq in nar.

    Sajjar l-ispraġ fuq il-fwar (jew uża steamer). Poġġi nofsu mal-ħaxix fil-borma. Żid il-Mascarpone u l-ħalib u itħan is-soppa b'hand blender.  

    Żid il-bqija tal-ispraġ imsajjar u ħawwad bil-mod. Saħħan u servi bil-Parmegiano Reggiano.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0