Pasta Primavera

  • Mar 08, 2016 11:26
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    basla, imqattgħa rqiq u moqlija ġo ftit żejt taż-żebbuġa

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    3 mgħaref ħwawar friski mqattgħin

    mgħarfa qoxra taċ-ċitru

    kikkra ful imqaxxar

    6 spraġiet imsajrin fuq il-fwar jew ġo steamer

    75g faqqiegħ, imqatta' slices u msajjar

    100g weraq tal-ispinaċi

    1/4 ta' tuffieħa ħadra mqattgħa żgħira

    250g għaġin, imsajjar skont il-pakkett

    bżar u melħ

    nofs kikkra yoghurt

    nofs kikkra mascarpone

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku

    parmiġġan

    Metodu:

    Sajjar l-għaġin skont il-pakkett. Saffi l-ilma. Ħallat il-mascarpone, il-yoghurt, il-ħall tat-tuffieħ, melħ u bżar.

    Lesti l-ħxejjex kollha skont ir-riċetta u ħallat ġentilment mal-għaġin. Ħalli ftit mill-ful u l-ispraġ biex tferrixhom fil-wiċċ.  Servi bil-parmiġġan.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Gino Galea

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook